2022
Mosè u l-Manna
April 2022


“Mosè u l-Manna,” Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib, April 2022

“Mosè u l-Manna”

Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib , April 2022

Mosè u l-Manna

Immaġni
Mosè u wlied Iżrael

Illustrazzjonijiet ta’ Apryl Stott

Mosè kien profeta. Hu mexxa l-poplu ta’ Alla lejn l-art imwiegħda. Huma mxew għal ħafna ġranet.

Immaġni
tfal bil-manna

In-nies kienu bil-ġuħ. Ma kellhomx ikel. Għalhekk Alla bagħtilhom ikel mis-smewwiet. Kien jissejjaħ manna.

Immaġni
iben u ommu jħejju l-manna

Kull filgħodu, il-poplu kien jiġbor il-manna biex jiekol. Imma ma kinitx tibqa’ friska matul il-lejl. Kien ikollhom jiġbru iżjed il-jum ta’ wara.

Immaġni
Ġesù Kristu mat-tfal

Il-manna tfakkarna f’Ġesù Kristu Alla bagħat il-manna biex isalva lill-poplu. Huwa bagħat ukoll lil Ġesù fid-dinja biex isalvana. Għandna bżonn lil Ġesù kull jum, l-istess kif għandna bżonn l-ikel kull jum.

Immaġni
tfal iħarsu lejn stampa ta’ Ġesù Kristu

Se nimxi wara Ġesù. Huwa se jagħtini l-qawwa u jgħinni nħoss mħabbtu kull jum.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Għandna bżonn lil Ġesù Kull Jum

Immaġni
Ġesù Kristu mat-tfal

Ikklikkja fuq l-istampa biex tniżżilha.

Illustrazzjoni ta’ Apryl Stott

Kif jgħinek Ġesù?