2010-2019
Ministeru
April 2018


Ministeru

Aħna nimplimentaw atteġġjament aktar ġdid u qaddis biex nieħdu ħsieb u nimministraw lil ħaddieħor.

Grazzi, Presbiteru Gong u Presbiteru Soares, għall-espressjonijiet onesti tagħkom ta’ fidi. Aħna verament grati għalikom u għas-sieħba għeżież tagħkom.

Għeżież ħuti, aħna kontinwament infittxu d-direzzjoni mingħand il-Mulej dwar kif aħna nistgħu ngħinu lill-membri tagħna jżommu l-kmandamenti ta’ Alla, speċjalment dawk iż-żewġ kmandamenti l-kbar li nħobbu lil Alla u lil għajrna.1

Xhur sħaħ aħna għaddejna nfittxu modi aħjar kif nimministraw fil-bżonnijiet spiritwali u temporali tan-nies tagħna bil-mod li jrid is-Salvatur.

Aħna ħadna deċiżjoni li nwaqqfu t-tagħlim tad-dar u t-tagħlim taż-żjajjar minn kif konna nafuhom s’issa. Minflok, aħna se nimplimentaw atteġġjament aktar ġdid u qaddis biex nieħdu ħsieb u nimministraw lil ħaddieħor. Aħna se nirreferu għal dan l-isforz bħala “ministeru.”

L-isforz effettiv tal-ministeru niżviluppawh permezz tad-doni naturali ta’ ħutna n-nisa u permezz tal-qawwa inkomparabbli tas-saċerdozju. Aħna lkoll neħtieġu din it-tip ta’ protezzjoni mil-qerq inġenjuż tal-avversarju.

Il-Presbiteru Jeffrey R. Holland tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu u Sister Jean B. Bingham, President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna se jispjegaw kif se jiffunzjonaw l-aħwa assenjati tas-saċerdozju u l-aħwa assenjati tas-Soċjetà tal-Għajnuna u tat-Tfajliet hekk kif huma se jservu u jieħdu ħsieb il-membri tal-Knisja madwar id-dinja.

L-Ewwel Presidenza u t-Tnax ninsabu magħqudin fl-approvazzjoni tal-messaġġi li se jwasslulna llum. Bl-għajnuna tat-talb u bi gratitudni aħna se niftħu kapitlu ġdid fl-istorja tal-Knisja. F’ isem Ġesù Kristu, amen.