Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 1: Wettaq l-Għan Missjunarju Tiegħek


“Kapitlu 1: Wettaq l-Għan Missjunarju Tiegħek,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“Kapitlu 1,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Immaġni
Dan Jones jippriedka

Dan Jones, wieħed mill-ikbar missjunarji f’din id-dispensazzjoni, jippriedka l-evanġelju f’Wales.

© 1993 Clark Kelley Price. Tikkupjax.

Kapitlu 1

Wettaq l-Għan Missjunarju Tiegħek

L-Għan Tiegħek: Stieden lill-oħrajn biex jersqu lejn Kristu billi tgħinhom jirċievu l-evanġelju rrestawrat permezz tal-fidi f’Ġesù Kristu u l-Espjazzjoni tiegħu, l-indiema, il-magħmudija, li jirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu, u li jibqgħu sħaħ sal-aħħar.

Ikkunsidra Dan

  • X’inhu l-iskop tiegħi bħala missjunarju?

  • X’awtorità u qawwa nikseb flimkien mas-sejħa tiegħi?

  • Kif nista’ niddependi fuq, nagħraf, u ngħallem permezz tal-Ispirtu?

  • X’ inhu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu?

  • Xinhu l-messaġġ tar-Restawrazzjoni? Għaliex hu daqstant importanti?

  • X’inhi r-responsabbiltà tiegħi biex nistabbilixxi u nibni l-Knisja ta’ Ġesù Kristu?

  • Kif se nkun naf jekk iniex missjunarju ta’ suċċess?

Il-Kummissjoni Tiegħek li Tgħallem l-Evanġelju Rrestawrat ta’ Ġesù Kristu

Int imdawwar bin-nies. Int tgħaddi minn ħdejhom fit-triq u tivvjaġġa fosthom. Int iżżurhom fi djarhom, u tikkomunika magħhom onlajn. Kollha huma wlied Alla—ħutek. Alla jħobbhom daqs kemm iħobb lilek.

Ħafna minn dawn in-nies qed ifittxu skop fil-ħajja. Huma jinsabu kkonċernati dwar il-futur tagħhom u tal-famili tagħhom. Huma għandhom bżonn li jħossu s-sens ta’ appartenenza li jiġi mill-fatt li jafu li huma wlied Alla u membri tal-familja eterna tiegħu. Huma jridu jħossuhom siguri f’dinja fejn il-valuri li qed jinbidlu. Jien nixhed li dawk li jżommu l-patti huma mwegħdin “il-paċi f’din id-dinja u l-ħajja eterna fid-dinja li jmiss” (Duttrina u Patti 59:23).

Ħafna “jinsabu ’l bogħod mill-verità għaliex ma jafux fejn għandhom isibuha” ( Duttrina u Patti123:12). L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, hekk kif irrestawrat permezz tal-Profeta Joseph Smith, jipprovdi l-verità eterna. Il-verità tindirizza l-bżonnijiet spiritwali tan-nies u tgħinhom jilħqu x-xewqat profondi tagħhom.

Bħala rappreżentant awtorizzat ta’ Ġesù Kristu, int tgħallem li “l-fidwa tiġi permezz tal-Messija Mqaddes” (2 Nefi 2:6). Int tistieden lin-nies biex jersqu lejn Kristu biex jikkonvertu lgħalih u għall-evanġelju rrestawrat tiegħu. Hekk kif jaċċettaw l-istedina tiegħek, huma jkollhom aktar kuntentizza, fidi, paċi, u għan.

Biex jirrikorru għas-Salvatur, in-nies għandhom bżonn ikollhom il-fidi fih. Int tista’ tgħinhom jiżviluppaw din il-fidi hekk kif int:

  • Tgħallimhom l-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu u tixhed il-verità tiegħu.

  • Tistedinhom biex jikkommettu ruħhom sabiex jgħixu skont it-tagħlim tiegħu.

  • Issegwihom u tgħinhom jattwaw l-impenji li jagħmlu.

  • Tgħinhom ikollhom esperjenzi li fihom iħossu l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu (ara 1 Nefi 10:17–19).

Il-fidi f’Ġesù Kristu twassal lin-nies biex jindmu. Meta npattu għal dnubietna, Ġesù jagħmel l-indiema possibbli. Hekk kif in-nies jindmu, huma jkunu mnaddfa mid-dnub u jersqu eqreb lejn Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu. Huma se jesperjenzaw il-pjaċir u l-paċi li nirċievu permezz tal-maħfra.

L-indiema tipprepara lin-nies għal-patt tal-magħmudija u għad-don tal-Ispirtu s-Santu Fil-Ktieb ta’ Mormon, il-Mulej jgħallem, “Ejjew għandi u tgħammdu f’ismi, ħalli titqaddsu permezz tal-għotja tal-Ispirtu s-Santu, sabiex intom tieqfu mingħajr tebgħa quddiemi fl-aħħar jum” (3 Nefi 27:20).

Hekk kif int tifhem it-testimonjanza tas-Salvatur u l-Fidwa tiegħu jikbru, ix-xewqa tiegħek għall-evanġelju se tiżdied . Int se tħoss, l-istess kif ġralu Leħi, l-“importanza kbira biex tagħmel dawn l-affarijiet magħrufa ma’ dawn l-abitanti tad-dinja” (2 Nefi 2:8).

Immaġni
il-viżjoni tas-Siġra tal-Ħajja

Is-Siġra tal-Ħajja, ta’ Damir Krivenko.

Studju Personali jew Akkumpanjat

Eżamina l-immaġni li tinsab hawnhekk hekk kif tistudja l-viżjoni tas-siġra tal-ħajja f’1 Nefi 8 u 11.

  • X’tisimbolizza s-siġra tal-ħajja f’din il-viżjoni? (Ara 1 Nefi 11:21–23.)

  • Xi xtaq Leħi wara li kiel il-frotta? (Ara 1 Nefi 8:10–18.)

  • Fil-viżjoni, x’kellhom bżonn jagħmlu n-nies biex jieħdu mil-frotta? X’għandna bżonn nagħmlu biex nirċievu l-barkiet kollha tal-Att tal-Fidwa tas-Salvatur? B’liema modi l-impenji u l-patti jgħinuna nieħdu sehem f’dawn il-barkiet?

  • Kif tista’ tgħin lill-oħrajn jieħdu mill-frott tal-evanġelju?

L-Awtorità u l-Qawwa tas-Sejħa Tiegħek.

Int imsejjaħ u distint biex “[ixxandar] l-aħbar tajba ta’ ferħ kbir, saħansitra l-evanġelju ta’ dejjem” (Duttrina u Patti 79:1). Bħal ulied Mosija, int tista’ tgħallem bl-awtorità u qawwa ta’ Alla (ara Alma 17:2–3).

Taħt id-direzzjoni ta’ Kristu, l-awtorità biex inxandru l-evanġelju kienet itrrestawrata permezz tal-Profeta Joseph Smith. Meta int ġejt distint bħala missjunarju, int irċevejt din l-awtorità. Magħha jiġi d-dritt, il-privileġġ, u r-responsabbiltà li tirrapreżenta lill-Mulej u tgħallem l-evanġelju tiegħu.

Din l-awtorità tinkludi responsabbiltà biex ngħixu denji li nirċievu dawn il-barkiet. Ħu d-distinzjoni tiegħek b’mod litteralment. Oqgħod ’il bogħod mid-dnub u minn dak kollu li huwa goff u vulgari. Oqgħod ’il bogħod mill-modi u l-ħsibijiet tad-dinja. Imxi mal-istandards f’Standards tal-Missjoni tad-Dixxipli ta’ Ġesù Kristu. Bħala rappreżentant tal-Mulej, kun “ta’ eżempju għal dawk li jemmnu” (1 Timotju 4:12). Onora isem Ġesù Kristu bl-azzjonijiet tiegħek u bi kliemek.

Barra l-awtorità, int għandek bżonn qawwa spiritwali biex tissodisfa s-sejħa tiegħek. Alla jagħti qawwa spiritwali hekk kif int taħdem kontinwament biex issaħħaħ it-testimonjanza tiegħek dwaru, Ġesù Kristu, u l-veritajiet tal-evanġelju li tgħallem. Hu jagħti qawwa spiritwali hekk kif int titlob, tistudja l-iskrittura, u tfittex li tissodisfa l-għan missjunarju tiegħek. Hu jagħti qawwa spiritwali hekk kif int tistinka biex tobdi l-kmandamenti tiegħu u l-patti li għamilt meta rċivejt l-ordinanzi tas-savlazzjoni (ara Duttrina u Patti 35:24).

Il-qawwa spiritwali tista’ tiġi murija hekk kif int:

Studju tal-Iskrittura

Kif tirċievi u ssaħħaħ testimonjanza?

Kif tirċievi qawwa spiritwali?

Studju Personali

Irrevedi u għarbel il-patti li ġejjin u li int għamilt ma’ Alla. Studja l-barkiet li Alla wiegħed lil dawk li jħarsu dawn il-patti. Irrifletti fuq il-barkiet li int irċevejt billi tħarishom. Irreġistra l-impressjonijiet tiegħek fid-djarju ta’ studju.

Magħmudija u Konferma

Ordinazzjoni tas-Saċerdozju (għall-presbiteri)

  • Kun fidil.

  • Kabbar is-sejħa tiegħek.

  • Agħti attenzjoni diliġenti għall-kliem ta’ ħajja eterna.

  • (Ara Duttrina u Patti 84:33-44.)

Dotazzjoni tat-tempju

  • Għix il-liġi tal-ubbidjenza.

  • Obdi l-liġi tas-sagrifiċċju.

  • Obdi l-liġi tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.

  • Għix il-liġi tal-kastità.

  • Għix il-liġi tal-ħlas tad-dieċmi.

  • (Ara Manwal Ġenerali, 27.2.)

Studju Personali jew Akkumpanjat

Ara Ġwanni 15:1-16. B’liema mod Kristu huwa d-dielja? Inti kif inti l-fergħa ta’ dik id-dielja? Il-fatt li int ġejt distint kif jirrelata ma’ din ir-relazzjoni?

Aqra ċ-ċertifikat ministerjali tiegħek. Irreġistra s-sentimenti u l-ħsibijiet tiegħek dwar dak li taqra. Kull darba li tistudja dan il-kapitlu, ikkunisidra li tirrepeti dan il-proċess. Innota kif is-sentimenti tiegħek jinbidlu biż-żmien.

Sudju Personali

Studja Duttrina u Patti 109:13-15, 21-30, 38-39, 55-57. Dawn il-versi nsiltu mit-talba ispirata mill-Profeta Joseph Smith iddedikata lit-Tempju ta’ Kirtland.

Ikteb lista tal-barkiet li talab Joseph Smith għall-fidili li ġew dotati fid-dar qaddisa tal-Mulej. X’inhuma s-sentimenti tiegħek dwar dawn il-barkiet?

Fittex li Jkollok l-Ispirtu s-Santu Miegħek

Int irċevejt ir-rigal tal-Ispirtu s-Santu meta ġejt ikkonfermat bħala membru tal-Knisja. Bħala missjunarju—u matul ħajtek—wieħed mill-akbar bżonnijiet se jkun li jkollok l-Ispirtu s-Santu miegħek (ara 1 Nefi 10:17; 3 Nefi 19:9). L-Ispirtu s-Santu huwa t-tielet membru tad-Divinità.

L-Ispirtu s-Santu jiggwidana, jgħallimna, u jfarraġna. Hu jnaddafna u jqaddisna. Hu jixhed il-verità u jagħti xhieda tal-Missier u l-Iben. Hu jġib miegħu l-konverżjoni tiegħek u l-konverżjoni ta’ dawk li tgħallem. (Ara 3 Nefi 27:20; 28:11; Għeter 12:41; Moroni 8:26; 10:5; Ġwanni 15:26.)

L-Ispirtu s-Santu “se jurikom dak kollu li għandkom tagħmlu” ( 2 Nefi 32:5 ). Hu se jkabbar l-abbiltajiet u s-servizz tagħkom lil hinn minn dak li tista’ tagħmel waħdek.

Li tfittex li jkollok l-Ispirtu s-Santu miegħek għandha tkun waħda mill-aktar xewqat sinċiera tiegħek. Int se tħoss il-kumpanija tiegħu hekk kif:

Immaġni
Il-President Russell M. Nelson

“Jiena nitlobkom sabiex tkabbru l-kapaċità spiritwali tagħkom biex tirċievu r-rivelazzjoni. … Agħżel li tagħmel xogħol spiritwali meħtieġ biex tgawdi d-don tal-Ispirtu s-Santu u tisma’ l-leħen tal-Ispirtu aktar frekwenti u b’aktar ċarezza” (Russell M. Nelson, “Rivelazzjoni għall-Knisja, Rivelazzjoni għall-Ħajjitna,” Liahona, Mejju 2018, 96).

Tgħallem Agħraf l-Ispirtu

Int se tissodisfa l-għan missjunarju tiegħek aħjar hekk kif titgħallem biex tagħraf u ssegwi l-gwida mill-Ispirtu s-Santu. L-Ispirtu ġeneralment jikkomunika fis-skiet, permezz tas-sentimenti u l-ħsibijiet tiegħek. Iddedika lilek innifsek biex tfittex, tagħraf, u ssegwi dawn il-proposti sottili. Huma jiġu b’modi differenti (ara kapitlu 4; ara wkoll Duttrina u Patti 8:2–3; 11:12–14; Galatin 5:22–23).

Għallem permezz tal-Ispirtu

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu huwa “l-qawwa ta’ Alla għas-salvazzjoni lil kull min jemmen” (Rumani 1:16). Għal din ir-raġuni, il-messaġġ tar-Restawrazzjoni tal-evanġelju jrid ikun mgħallem bil-qawwa divina—il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

Il-Mulej qal, “L-Ispirtu jingħatalkom bit-talb tal-fidi; u jekk ma tirċevux l-Ispirtu m’ għandkomx tgħallmu” (Duttrina u Patti 42:14; ara wkoll 50:13–14, 17–22). Hekk kif int tgħallem bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, Hu:

Il-Mulej se jbierkek b’abbundanza hekk kif int tfittex, isserraħ fuq, u tgħallem permezz tal-Ispirtu s-Santu (ara kapitli 410).

Immaġni
Wieħed Wieħed, ta’ Walter Rane

L-Evanġelju ta’ Kristu u Duttrina ta’ Kristu

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jiddefinixxi kemm il-messaġġ u anke l-għan tiegħek. Jipprovdi kemm il- “xiex” u anke l- “għalxiex” tas-servizz missjunarju tiegħek. L-evanġelju tiegħu jinkludi d-duttrina kollha, il-prinċipji, il-liġijiet, il-kmandamenti, l-ordinanzi, u l-patti neċessarji għas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni.

Il-messaġġ tal-evanġelju huwa li aħna naċċessaw il-qawwa li ssalva u li tifdi ta’ Ġesù Kristu billi neżerċitaw fidi fih, nindmu, inkunu mgħammda, nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu, u nibqgħu nirreżistu sat-tmiem (ara 3 Nefi 27:13–22).

Dan huwa wkoll magħruf bħala d-duttrina ta’ Kristu. Meta ngħixu din id-duttrina aħna nersqu lejn Kristu u niġu salvati (ara 1 Nefi 15:14). Dan huwa mgħallem b’qawwa fil-ktieb ta’ Mormon (ara 2 Nefi 31; 32:1–6; 3 Nefi 11:31–40). L-għan tiegħek huwa li tgħin lin-nies jersqu lejn Kristu billi tgħinhom jgħixu d-duttrina tiegħu.

Immaġni
Hyrum Smith

“Ippridkaw il-prinċipji ewlenin tal-Evanġelju u erġgħu ppridkawhom: intom issibu li jum wara jum se jiġu żvelati lilkom ideat ġodda u aktar dawl relatat magħhom. Intom tistgħu telaboraw dwarhom … biex tifhmuhom aħjar. Intom imbagħad se tkunu kapaċi tagħmluhom mifhuma aktar faċli minn dawk li tgħallmu” (Hyrum Smith, fl-Istorja, 1838–1856, volum E-1 [1 Lulju 1843–30 April 1844], 1994, josephsmithpapers.org).

Studju tal-Iskrittura

X’jgħallmu dwar l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u d-duttrina ta’ Kristu din l-iskittura u l-proklamazzjonijiet li ġejjin? Agħmel noti fid-djarju tiegħek biex jgħinuk tifhem u tiftakar.

Immaġni
Il-Qawwa tal-Konverżjoni tal-Ktieb ta’ Mormon, ta’ Ben Sowards

Fidi f’Ġesù Kristu

Il-fidi hija s-sisien tal-prinċipji kollha tal-evanġelju. Hija prinċipju ta’ azzjoni u qawwa.

Il-fidi tagħna għandha bżonn tkun iċċentrata f’Ġesù Kristu biex tkun tista’ twassalna għas-salvazzjoni. Is-Salvatur għallem, “Għax Alla hekk ħabb lid-dinja, li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġwanni 3:16).

Il-fidi f’Ġesù Kristu tinkludi li nemmnu li hu huwa l-Iben il-Waħdieni ta’ Alla. Hija li nafdawh bħala s-Salvatur u l-Feddej tagħna (ara Mosija 3:17; 4:6–10; Alma 5:7–15). Hija li jkollna kunfidenza sħiħa fih u fil-kelma tiegħu, fit-tagħlim, u l-wegħdiet tiegħu. Il-fidi tagħna fi Kristu tikber hekk kif aħna nsegwu t-tagħlim u l-eżempju tiegħu b’għan sħiħ f’qalbna (ara 2 Nefi 31:6–13; 3 Nefi 27:21–22).

Bħala missjunarju, għin lin-nies jagħmlu u jżommu l-patti li jibnu l-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu. Dawn il-patti jgħinuhom jippreparaw biex jirċievu ordinanzi u jagħmlu u jżommu patti sagri ma’ Alla.

Indiema

Il-fidi f’Ġesù Kristu twassalna biex nindmu (ara Ħelaman 14:13). L-indiema hija l-proċess li bih induru lejn Alla u nitbiegħdu mid-dnub. Hekk kif aħna nindmu, l-azzjonijiet tagħna, ix-xewqat, u l-ħsibijiet jinbidlu biex ikunu aktar f’armonija mar-rieda ta’ Alla.

Permezz tas-sagrifiċċju tal-espjazzjoni, is-Salvatur ħallas il-prezz għad-dnubiet tagħna (ara Mosija 15:9; Alma 34:15–17). Hekk kif nindmu, aħna nistgħu niġu maħfura minħabba Ġesù Kristu u s-sagrifiċċju tiegħu, għax hu jitlob id-drittijiet tiegħu ta’ ħniena għall-midinbin (ara Moroni 7:27–28). Fi kliem il-profeta Leħi, il-fidwa tiġi “permezz tal-merti, u l-ħniena u l-grazzja tal-Messija Mqaddes” (2 Nefi 2:6, 8).

L-indiema hija ħafna aktar milli neżerċitaw ir-rieda biex nibdlu mġiba jew negħlbu dgħjufija. Id-dgħjufija hija li sinċerament induru lejn Kristu, li jagħtina l-qawwa biex nesperjenzaw “bidla qawwija” f’qalbna (ara Alma 5:12–14). Tinkludi li nerħu lilna nfusna b’umiltà lejn l-Ispirtu s-Santu u nissottomettu lilna nfusna lejn ir-rieda ta’ Alla. Hekk kif aħna nindmu, inżidu l-impenn tagħna biex inservu lil Alla u nobdu l-kmandament tiegħu. Aħna nerġgħu nitwieldu spiritwalment fi Kristu.

L-indiema hija prinċipju pożittiv li ġġib magħha ferħ u paċi. Iġġibilna “l-qawwa tal-Feddej, għas-salvazzjoni ta’ ruħna” (Ħelaman 5:11).

Kun kuraġġuż u permezz tal-imħabba għin lin-nies jifhmu għalxiex għandhom jindmu. Billi tistieden lin-nies int tkun qed tgħallimhom jagħmlu l-patti, int tkun qed tistedinhom jindmu u toffrilhom t-tama.

Studju tal-Iskrittura

X’tista’ titgħallem mill-iskrittura li ġejja dwar li tiddikjara l-indiema?

Il-Magħmudija

Il-fidi f’Ġesù Kristu u l-indiema jħejjuna għall-ordinanzi tal-magħmudija u l-konferma. “L-ewwel frott tal-indiema hija l-magħmudija” (Moroni 8:25). Aħna nidħlu fil-bieb tal-ħajja eterna meta niġu mgħammda b’immersjoni minn wieħed li għandu l-awtorità minn Alla.

Meta nitgħammdu, aħna nagħmlu patt ma’ Alla. Hekk kif aħna nżommu dawn il-patti, Alla jwegħidna li jagħtina l-isħubija tal-Ispirtu s-Stantu, jaħfrilna dnubietna, u jsaħħabna fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu (ara Duttrina u Patti 20:77, 79; Moroni 6:4). Aħna miġbura mal-Mulej u mwielda mill-ġdid spiritwalment permezz ta’ din l-ordinanza kollha hena u tama.

Li tgħammed u tikkonferma lin-nies li tgħallem huwa ċentrali għall-għan tiegħek. Għinhom jifhmu li biex jikkwalifikaw għall-magħmudija, iridu jilħqu l-kundizzjonijiet f’Dutrina u Patti 20:37.

Studju Akkumpanjat

Fittex l-iskrittura

Ibbażat fuq l-istudju tal-iskrittura tiegħek, agħmel żewġ listi bil-miktub:

  1. Kwalifiċi għall-magħmudija

  2. Patti magħmula fil-magħmudija

Iddiskuti mal-konjuġi tiegħek kif se tgħallem dan lil ħaddieħor.

Konferma u d-Don tal-Ispirtu s-Santu

Il-magħmudija tiġi f’żewġ partijiet: magħmudija permezz tal-ilma u magħmudija permezz tal-Ispirtu s-Santu. Wara li aħna nitgħammdu permezz tal-magħmudija, il-magħmudija hija kompluta meta aħna nkunu kkonfermati bit-tqegħid tal-idejn minn wieħed li għandu l-awtorità mingħand Alla. Permezz tal-konferma aħna nistgħu ningħataw id-don tal-Ispirtu s-Santu u maħfra tad-dnubietna.

Il-Profeta Joseph Smith għallem, “Il-magħdija bl-ilma hija biss nofs magħmudija, u mhi tajba għal xejn jekk mhux bin-nofs l-ieħor—jiġifieri, il-magħmudija tal-Ispirtu s-Santu” (Tagħlim tal-Presidenti tal-Knisja: Joseph Smith [2007], 95).

Alma għallem, “Il‑bnedmin kollha … jeħtieġ li jitwieldu mill‑ġdid; iva, jitwieldu minn Alla, jinbidlu mill‑istat karnali u mitluf tagħhom, għal stat ta’ tjieba, fejn huma jiġu mifdijin minn Alla, u jsiru wliedu; u b’hekk isiru ħlejjaq ġodda” (Mosiah 27:25–26).

Għall-bniedem li qed jindem, magħmudija permezz tal-ilma u tal-Ispirtu hija twelid spiritwali mill-ġdid.

Studju tal-Iskrittura

X’inhuma xi ftit mill-barkiet li jkollok id-don tal-Ispirtu s-Santu?

Għalxiex għandna nixtiequ d-don tal-Ispirtu s-Santu?

Nirreżistu sat-Tmiem

Li nsegwu lil Ġesù Kristu huwa impenn tul ħajjitna. Aħna nirreżistu sat-tmiem hekk kif aħna nkomplu neżerċitaw il-fidi fi Kristu tul ħajjitna, nindmu kuljum, nirċievu l-ordinanzi u l-patti kollha tal-evanġelju, inżommu dawk il-patti, u jkollna s-sħubija tal-Ispirtu s-Santu. Dan jinkludi li nġeddu l-patti li nkunu għamilna billi nieħdu sehem fis-sagrament.

Immaġni
Il-Mulej Hu r-Ragħaj Tiegħi, ta’ Yongsung Kim

Il-Mulej Hu r-Ragħaj Tiegħi, ta’ Yongsung Kim. Ritratt bil-kortesija ta’ Havenlight.

L-Evanġelju—It-Triq ta’ Missierna fis-Smewwiet Lura Lejh

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jista’ jibdel kif ngħixu u min insiru. Il-prinċipji tiegħu mhumiex biss passi li aħna nesperjenzaw darba f’ħajjitna. Meta nirrepetuhom tul ħajjitna kollha, huma jressquna eqreb lejn Alla u, kull ma jmur, isiru mudell ta’ ħajja b’benefiċċju ikbar. Huma jġibulna paċi, fejqan, u maħfra. Huma jiddefinixxu wkoll t-triq li Missierna fis-Smewwiet tana biex aħna jkollna ħajja eterna miegħu.

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jiggwidak kif int taħdem bħala missjunarju. Jiffoka wkoll l-isforzi tiegħek. Għin lin-nies ikattru l-fidi f’Ġesù Kristu sa ma jaslu għall-indiema (ara Alma 34:15–17). Għallem u agħti xhieda li l-milja tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u l-awtorità tas-saċerdozju ġew irrestawrati. Stieden lin-nies biex jitgħammdu u biex jgħixu skont it-tagħlim tas-Salvatur.

L-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu Jbierek lill-Ulied Kollha ta’ Alla

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu huwa għall-ulied kollha ta’ Alla, L-iskrittura tgħallem li “kulħadd l‑istess” għal Alla. Huwa jistedinhom “ilkoll biex imorru għandu u jgawdu mit‑tjubija tiegħu; u ma jirrifjuta lil ħadd li jiġi għandu” (2 Nefi 26:33).

L-evanġelju jberikna matul il-ħajja mortali kollha tagħna u matul l-eternità kollha. Ikunu probabbilment l-iktar kuntenti—kemm bħala individwi u kemm bħala familja—meta ngħixu skont it-tagħlim ta’ Ġesù Kristu (ara Mosija 2:41; “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” ChurchofJesusChrist.org). Li ngħixu l-evanġelju japprofondixxi l-hena tagħna, jispira l-azzjonijiet tagħna, u jarrikkixxi r-relazzjonijiet tagħna.

Wieħed mill-ikbar messaġġi tal-evanġelju rrestawrat huwa li aħna lkoll parti mill-familja ta’ Alla. Aħna lkoll l-maħbubin uliedu. Indipendentament mis-sitwazzjoni tagħna tal-familja fid-dinja, aħna lkoll membri tal-familja ta’ Alla.

Parti kbira oħra tal-messaġġ tagħna huwa li l-familja jistgħu jingħaqdu għall-eternità. Il-familja hija mwaqqfa minn Alla. Profeti qaddisin tal-aħħar żmien għallmu:

“Il-pjan divin tal-ferħ [tal-Missier fis-Smewwiet] jippermetti li r-relazzjonijiet fil-familja jibqgħu jeżistu lil hinn mill-qabar. L-ordinanzi u l-patti sagri tat-tempji mqaddsa jagħmluha possibbli li l-individwi jerġgħu lura fil-preżenza ta’ Alla u li l-familji jibqgħu magħqudin għall-eternità” (“Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja”).”).

Bosta nies għandhom opportunitajiet limitati għaż-żwieġ jew għal relazzjonijiet sbieħ ta’ familja. Bosta esperjenzaw id-divorzju u ċirkostanzi tal-familja diffiċli oħrajn. Madanakollu, l-evanġelju jberikna individwalment ikunu x’ikunu ċ-ċirkostanzi tagħna tal-familja. Hekk kif ikollna l-fidi, Alla se jipprovdilna mod biex ikollna l-barkiet ta’ familja li tinħabb, sew jekk f’din il-ħajja, sew fil-ħajja li jmiss (ara Mosija 2:41).

Il-Messaġġ tar-Restawrazzjoni: Is-Sisien tal-Fidi

Indipendentament fejn isservi jew lil min tgħallem, iċċentra t-tagħlim tiegħek fuq Ġesù Kristu u r-Restawrazzjoni tal-evanġelju tiegħu. Hekk kif tistudja d-duttrina fil-lezzjonijiet tal-missjunarji, int se tintebaħ li għandna messaġġ wieħed: Ġesù Kristu, is-Salvatur u l-Feddej tagħna. Permezz ta’ profeta modern, il-Missier fis-Smewwiet irrestawra l-għarfien dwar il-pjan Tiegħu għas-salvazzjoni tagħna. Dan il-pjan huwa ċċentrat fuq Ġesù Kristu. Permezz tas-sagrifiċċju ta’ Espjazzjoni tiegħu, is-Salvatur jagħmilha possibbli għalina lkoll biex inkunu salvati mid-dnub u l-mewt u li nirritornaw għand il-Missier fis-Smewwiet.

Għin lin-nies li tgħallem jifhmu dan li ġej:

  • Alla huwa litteralment Missier fis-Smewwiet. Huwa jħobbna perfettament. Kull persuna fid-dinja hija wild Alla u membru tal-familja tiegħu.

  • Il-Missier fis-Smewwiet ipprovda pjan għalina biex nirċievu l-immortalità u ħajja eterna, li huma l-akbar barkiet tiegħu (ara Mosè 1:39). Aħna ġejna fid-dinja biex nitgħallmu, nikbru, u nippreparaw għall-milja tal-barkiet tiegħu.

  • Bħala parti mill-pjan tiegħu, il-Missier fis-Smewwiet tana l-kmandamenti biex jiggwidawna matul din il-ħajja u jgħinuna nirritornaw għandu (ara, per eżempju, Eżodu 20:3–17).

  • F’din il-ħajja, aħna kollha nindmu, u aħna kollha mmutu. Minħabba l-imħabba tal-Missier fis-Smewwiet għalina, Hu bagħat lill-Ibnu, Ġesù Kristu, biex jifdina mid-dnub u mill-mewt.

  • Minħabba s-sagrifiċċju espjatorju ta’ Ġesù, aħna nistgħu niġu mnaddfa mid-dnubiet tagħna hekk kif aħna nindmu u niġu mgħammda u kkonfermati. Dan iġibilna paċi u jagħmilha possibbli għalina li nirritornaw fil-preżenza ta’ Alla u li nirċievu l-milja ta’ ferħ.

  • Minħabba l-Qawmien mill-mewt ta’ Ġesù, aħna se nerġgħu ngħixu wara li mmutu. Dan ifisser li l-ispirtu u l-ġisem ta’ kull persuna se jingħaqdu flimkien u se jgħixu għal dejjem.

  • Matul l-istorja biblika kollha, il-Mulej żvela l-evanġelju tiegħu u orgnizza l-Knisja tiegħu permezz tal-profeti. Għal darba wara l-oħra, il-maġġorparti tan-nies m’aċċettawhiex. Mudell ta’ telfien ta’ interess fl-evanġelju u l-bżonn li jiġi rrestawrat nbeda fiż-żminijiet tat-Testment il-Qadim.

  • Wara l-mewt u l-Qawmien tas-Salvatur, l-Appostli tiegħu mexxew lill-Knisja għal xi żmien. Eventwalment, huma mietu, l-awtorità tas-saċerdozju ntilfet, u għal darb’oħra kien hemm telfien ta’ interess fit-tagħlim tas-Salvatur. In-nies biddlu d-duttrina u l-ordinanzi.

  • L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu kien irrestawrat mill-Missier fis-Smewwiet permezz tal-Profeta Joseph Smith. Il-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu dehru lil Joseph fir-rebbiegħa tal-1820. Aktar tard Joseph Smith irċieva l-awtorità tas-saċerdozju u kien iddireġut biex jorganizza l-Knisja ta’ Ġesù Kristu għal darba oħra fuq din id-dinja.

Għallem li l-Knisja ta’ Ġesù Kristu mhux sempliċiment reliġjon oħra. Lanqas ma hi knisja Amerikana. Iżda hija restawrazzjoni tal- “milja tal-evanġelju” ta’ Ġesù Kristu (Duttrina u Patti 1:23). Qatt m’hi se terġa’ tittieħed mid-dinja.

Il-Ktieb ta’ Mormon: Testment Ieħor ta’ Ġesù Kristu jagħti xhieda ta’ Ġesù Kristu u l-missjoni divina tiegħu bħala s-Salvatur tad-dinja. Huwa wkoll xhieda qawwija li Ġesù Kristu rrestawra l-evanġelju u l-Knisja tiegħu permezz tal-Profeta Joseph Smith. Stieden u għin lin-nies jaqraw il-Ktieb ta’ Mormon u jitolbu dwar il-messaġġ tiegħu.

Afda fil-wegħda straordinarja f’Moroni 10:3–5. Ħeġġeġ lin-nies biex jistaqsu lil Alla b’sinċerità u b’intenzjoni sħiħa jekk il-Ktieb ta’ Mormon huwiex il-kelma żvelata ta’ Alla. Li nitolbu b’intenzjoni sħiħa tfisser li nkunu lesti li naġixxu fuq it-tweġiba li tiġi mix-xhieda tal-Ispirtu s-Santu. Dik ix-xhieda ssir il-pedament tal-fidi tal-persuna li Kristu rrestawra l-Knisja tiegħu. Għin lil dawk li tgħallem biex ifittxu dik il-konferma spiritwali.

Studju tal-Iskrittura

Kif għandek tuża l-Ktieb ta’ Mormon fil-ħidma missjunarja?

Studju Personali

Immaġina li se tikteb paragrafu dwar il-messaġġ tar-Restawrazzjoni fuq il-midja soċjali jew għall-organizzazzjoni lokali tal-aħbarjiet. Fil-ġurnal tal-istudju tiegħek, ikteb titlu li jiddeskrivi il-messaġġ ċentrali. Imbagħad żomm rekord tal-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tiegħek dwar dan il-messaġġ. Inkludi kif li tifhem il-messaġġ aħjar biddel il-mod ta’ kif tgħix u l-mod kif int tara d-dinja madwarek.

Istabbilixxi u Kompli Ibni l-Knisja

Meta Ġesù Kristu rrestawra l-Knisja Tiegħu, Hu ta istruzzjoni lill-Profeta Joseph Smith u oħrajn biex “jistabbilixxuha” u “ikomplu jibnu[ha]” (Duttrina u Patti 31:7; 39:13). Il-Knisja hija stabbilita u tkun qed tkompli tinbena hekk kif nies bit-testimonanzi jiġu mgħammda u kkonfermati, iżommu l-patti tagħhom, jippreparaw ruħhom biex imorru t-tempju, u jgħinu biex tissaħħaħ il-wited jew il-fergħa tagħhom.

Immaġni
raġel jitlob

Bħala missjunarju, int tista’ tgħin biex tistabbilixxi u tkompli tibni l-Knisja tas-Salvatur. Hemm ħafna modi kif int tista’ tagħmel dan. Int tista’ toffri sapport lill-membri hekk kif huma jaqsmu ma’ ħaddieħor l-evanġelju permezz ta’ prinċipji ta’ mħabba, qsim ma’ oħrajn, u stediniet (ara Manwal Ġenerali, 23.1). Tista’ tgħin nies jirċievu l-magħmudija u jikbru fil-fidi tagħhom. Tista’ tgħin membri ġodda jaġġustaw għall-ħajja ġdida tagħhom u jkomplu jikbru spiritwalment. Tista’ tgħin ukoll lil membri li qed jirritornaw biex isaħħu l-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu.

Membri ġodda u li qed jirritornaw jikbru fit-testimonjanza u fil-fidi meta jesperjenzaw il-ħidma tal-evanġelju f’ħajjithom. Biex tgħinhom jaslu għal dan, huwa importanti li huma:

  • Ikollhom ħbieb li huma membri fil-Knisja.

  • Jingħataw responsabbiltà fil-Knisja.

  • Ikunu kkultivati bil-kelma ta’ Alla.

(Ara Gordon B. Hinckley, “Converts and Young Men,” Ensign, Mejju 1997, 47.)

Il-missjunarji, mexxejja lokali, u membri oħra tal-Knisja għandhom jaċċettaw bil-ferħ l-opportunità li jikkultivaw u jsaħħu membri ġodda u dawk li qed jirritornaw. Dan is-servizz jgħin biex “jinżammu fit-triq it-tajba” (Moroni 6:4).

Ara li Tagħmel il-Ġid Kull Fejn Tkun

Matul il-ministeru mortali tiegħu, is-Salvatur serva oħrajn. Hu għadda “jagħmel il-ġid” u “jippriedka l-evanġelju” (Atti 10:38; Mattew 4:23). Hekk kif int timxi fuq l-eżempju tiegħu, se ssib nies li jistgħu jservu u li se jirċievu lilek.

Permezz tas-servizz, int tkun qed twettaq iż-żewġ kmandamenti kbar li tħobb lil Alla u tħobb lil għajrek (ara Mattew 22:36–40; 25:40; Mosija 2:17). Permezz tas-servizz, inti u oħrajn tistgħu tingħaqdu flimkien f’mod qawwi u ta’ isipirazzjoni.

Bħala missjunarju, inti tagħti servizz ippjanat kull ġimgħa (ara Standards tal-Missjunarji, 2.7 u 7.2, għal informazzjoni u linjigwida). Taħt id-direzzjoni tal-president tal-missjoni tal-missjoni tiegħek, int tista’ ssib opportunitajiet fil-komunità permezz ta’ JustServe (fejn hi approvata) u l-isforzi ta’ rispons tal-Knisja f’sitwazzjonijiet umanitarji u ta’ diżastru.

Matul il-jum kollu, itlob għal, u fittex, opportunitajiet mhux ippjanati biex tagħmel il-ġid. Agħti widen għall-Ispirtu biex tagħraf okkażjonijiet għal atti żgħar ta’ tjubija li tista’ tagħmel.

Immaġni
Il-President Gordon B. Hinckley

“Trid tkun kuntent? Insa lilek innifsek u intilef f’din il-kawża kbira. Agħmel l-almu tiegħek biex jiġu mgħejjuna n-nies. … Iqaf fuq riġlejk, erfa’ lil dawk li qed jogħtru, erfa’ d-dirgħajn ta’ dawk li huma dgħajfa. Għix l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu” (Gordon B. Hinckley, Teachings of Presidents of the Church: Gordon B. Hinckley [2016], 209).

Studju tal-Iskrittura

X’kien l-irwol tas-servizz fil-ħajja tas-Salvatur?

X’kien l-irwol tas-servizz fil-missjonijiet ta’ Ammon u Aron?

X’jistaqsik biex tagħmel il-Mulej?

Missjunarju ta’ Suċċess

Is-suċċess tiegħek bħala missjunarju huwa determinat primarjament mix-xewqa u impenn tiegħek biex issib, tgħallem, tgħammed, u tikkonferma lill-konvertiti u tgħinhom isiru dixxipli fidili ta’ Kristu u membri tal-Knisja tiegħu (ara Alma 41:3).

Is-suċċess tiegħek mhux determinat b’kemm tgħallem nies jew b’kemm iġġib nies biex jitgħammdu. Lanqas m’hu determinat bil-pożizzjonijiet ta’ tmexxija.

Is-suċċess tiegħek ma jiddependix fuq kif l-oħrajn jagħżlu li jirrispondu għalik, għall-istediniet tiegħek, jew għall-atti sinċiera ta’ qalb tajba. In-nies għandhom il-volontà li jagħżlu jekk jaċċettawx il-messaġġ tal-evanġelju jew le. Ir-responsabbiltà tiegħek hija li tgħallem b’mod ċar u b’saħħtu biex huma jkunu jistgħu jagħmlu għażla għaqlija li se tberikom.

Aħseb dwar il-parabbola tas-Salvatur tat-talenti f’Mattew 25:14–28. Is-sid, li jirrapreżenta lill-Mulej, faħħar liż-żewġ serventi sinċiera tiegħu avolja d-daqs tal-offerti tagħhom varja (ara Mattew 25:21, 23). Hu ta lit-tnejn li huma l-istess premju, stedina biex jidħlu “fil-hena tal-mulej tiegħek” għax huma kabbru dak li ingħataw.

Alla tak talenti u rig biex tuża għas-servizz tiegħu. It-talenti u d-doni tiegħek huma differenti minn dawk ta’ oħrajn. Agħraf li dawn kollha huma importanti, inkluż dawk li huma inqas viżibbli. Hekk kif tikkonsagra t-talenti d-doni tiegħek lilu, hu se jkabbrahom u jagħmel il-mirakli b’dak li tipprovdi inti.

Evita li tikkompara lilek innifsek ma’ missjunarji oħrajn u li tikkompara r-riżultati finali tal-isforzi tiegħek ma’ dawk ta’ oħrajn. Ġeneralment il-paraguni jwasslu għall-riżultati negattivi, bħal qtigħ il-qalb jew kburija. Ħafna drabi li tikkompara ma’ ħaddieħor huwa wkoll ta’ tfixkil. Dak li jrid il-Mulej huwa l-aqwa sforz tiegħek—li int “isservih b’qalbek, bis-setgħa u bil-qawwa tiegħek kollha” (Duttrina u Patti 4:2; enfażi miżjuda).

Jista’ jkun li tkun imdejjaq jekk in-nies ma jaċċettawx l-evanġelju mal-ewwel. Xi drabi jista’ jkun li tħossok taqta’ qalbek. Anke missjunarji u profeti kbar fl-iskrittura xi drabi ħassuhom qalbhom maqtugħa (ara 2 Nefi 4:17–19; Alma 26:27). Fi żminijiet bħal dawn, imxi fuq l-eżempju ta’ Nefi billi ddur lejn il-Mulej, tpoġġi l-fidi tiegħek fih, titlob għall-qawwa, u tiftakar fl-affarijiet tajbin li hu għamel għalik (ara 2 Nefi 4:16–35).

Immaġni
żewġ missjunarji jitolbu

Hekk kif iddur lejn il-Mulej fi żminijiet diffiċli, hu wiegħed, “Jiena nwettqek, jiena ngħinek, inwieżnek” (Isaija 41:10). Meta teżerċita l-fidi fi Kristu, int tista’ ssib il-paċi u tassigura l-isforzi tiegħek. Il-fidi se tgħinek timxi ’l quddiem u tkompli f’xewqat ġusti.

Żomm moħħok iiffukat fuq l-impenn tiegħek lejn Kristu u l-għan tal-missjoni tiegħek—mhux fuq ir-riżultati aħħarin. Ħafna drabi dawn ir-riżultati mhumiex immedjati. Fl-istess ħin, żomm l-aspettattivi tiegħek għoljin irrelevanti mid-diffikultajiet li tiffaċċja. Aspettattivi għoljin se jżidu l-effiċjenza tiegħek, ix-xewqat tiegħek, u l-abbiltà tiegħek li timxi skont l-Ispirtu.

Xi modi li bihom tista’ tevalwa l-impenn tiegħek lejn il-Mulej u l-isforz tiegħek biex tkun missjunarju ta’ suċċess huma mniżżla hawn taħt.

Meta tkun għamilt l-almu tiegħek, int xorta tista’ jkollok diżappunti, imma mhux se tkun diżappuntat għalik innifsek. Tista’ sserraħ rasek li l-Mulej huwa kuntent meta int tħoss l-Ispirtu jaħdem permezz tiegħek.

Studju tal-Iskrittura

Kif iħossuhom il-qaddejja tal-Mulej dwar il-ħidma? Il-qaddejja tal-Mulej kif jinfluwenzaw lil dawk li jservu? Kif tħossok dwar il-ħidma?

Studju Personali

  • Aqra Ħelaman 10:1–5 u 3 Nefi 7:17–18. Kif ħassu l-Mulej dwar dawn il-missjunarji u s-servizz tagħhom?

  • Aħseb dwar l-isforzi missjunarji ta’ Abinadi u Ammon (ara Mosija 11–18; Alma 17–20; 23–24). Għalfejn iż-żewġ missjunarji kienu aċċettati mill-Mulej anki jekk ir-riżultati immedjati tal-isforzi tagħhom kienu differenti?

  • Ħu nota ta’ dak li titgħallem fil-ġurnal tal-istudju tiegħek.


Ideat għal Studju u Applikazzjoni

Studju Personali

Kumpann tal-Istudju u Skambju ta’ Kumpann

  • Agħżel wieħed mill-missjunarji kbar li ġejjin, u aqra l-iskrittura msemmija. Int u taqra, iddiskuti kif dan il-missjunarju (1) fehem u impenja ruħu għas-sejħa tiegħu, (2) wera l-attitudni tiegħu u xewqtu għall-ħidma, u (3) għen lil oħrajn jaċċettaw l-evanġelju.

  • Agħżel żewġ innijiet dwar ir-Restawrazzjoni tal-evanġelju. Aqra jew kanta dawk l-innijiet. Iddiskuti t-tifsira tal-kliem.

Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni

  • Stieden żewġ jew tliet ikkonvertiti riċenti biex jaqsmu l-esperjenza tal-konverżjoni tagħhom ma’ ħaddieħor. Kif ħassewhom dwar il-missjunarji? Kif ħassewhom dwar il-missjunarji mgħallma? X’għenhom iżommu l-patti tagħhom? X’influwenza l-konverżjoni tagħhom bl-akar mod qawwi?

  • Bosta ġranet qabel il-laqgħa, assenja bosta missjunarji biex jixtarru mistoqsijiet magħżula minn “Ikkunsidra Dan” fil-bidu ta’ dan il-kapitliu. Staqsi lil kull missjunarju biex jipprepara diskors ta’ żewġ minuti jew tliet fuq il-mistoqsija assenjata. Waqt il-kunsill tad-distret jew konferenza taż-żona, stieden lill-missjunarji biex jagħmlu d-diskorsi. Wara d-diskorsi, iddiskutu x’kien mgħallem u kif dan jista’ jiġi użat fix-xogħol missjunarju.

  • Aqsam lill-missjunarji f’erba’ gruppi. Staqsi lil kull grupp biex iniżżel kemm jiflaħ veritajiet, patti, u ordinanzi li kienu restawrati u żvelati permezz tal-Profeta Joseph Smith. Qabbad lil kull grupp biex jaqsam il-lista tiegħu mal-oħrajn. Stieden lill-missjunari biex jaqsmu mal-oħrajn kif kwalunkwe mill-veritajiet żvelati permezz tar-Restawrazzjoni influwenzaw ħajjithom.

  • Iddiskuti xi tfisser li tkun missjunarji ta’ suċċess. Stieden missjunarji biex jagħtu eżempji speċifiċi.

Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni

  • Matul l-intervisti jew waqt il-konverżazzjoni mal-missjunarji, perjodikament staqsihom biex jaqsmu miegħek:

    • It-testimonjanza tagħhom ta’ Ġesù Kristu.

    • It-testimonjanza tagħhom tal-Ktieb ta’ Mormon.

    • It-testimonjanza tagħhom tal-qawwa tal-Ktieb ta’ Mormon.

    • Il-ħsibijiet tagħhom dwar l-għan bħala missjunarju.

  • Stieden lill-missjunarji biex iżommu rekord fil-ġurnal ta’ studju tagħhom ta’ xi jħossu li huma xi ftit mill-għanijiet tal-missjoni tagħhom. Waqt intervista jew f’konverżazzjoni, staqsihom biex jaqsmu mal-oħrajn dak li jkunu kitbu.

  • Ibgħat ittra ta’ awgurju lill-membri ġodda.