Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 3: Lezzjoni 3—L-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu


Kapitlu 3: Lezzjoni 3—L-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“Kapitlu 3: Lezzjoni 3,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Kapitlu 3: Lezzjoni 3

L-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu

Immaġni
It-Tieni Miġja, ta’ Harry Anderson

In-Nies Jistgħu Jistaqsu

  • Min hu Ġesù? Kif jista’ jgħin lili jew lill-familja tiegħi?

  • Xi tfisser li jkollok il-fidi f’Ġesù Kristu? Jekk ikollok il-fidi fih, dan kif jista’ jberiklek ħajtek?

  • Xi tfisser meta ngħidu tindem?

  • Kif nista’ nħoss il-paċi ta’ Alla u l-maħfra wara li għamilt għażliet ħżiena?

  • X’inhu l-għan tal-magħmudija?

  • X’inhu d-don tal-Ispirtu s-Santu?

  • Xi jfisser li tibqa’ sod sat-tmiem?

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu huwa l-mod kif nersqu lejn Kristu. Tant hu sempliċi li anke tifel żgħir jasal biex jifhmu. Din il-lezzjoni tiffoka fuq l-evanġelju u d-duttrina ta’ Kristu, inkluż il-fidi f’Ġesù Kristu, l-indiema, il-magħmudija, id-don tal-Ispirtu s-Santu, u l-importanza li nibqgħu nirreżistu sat-tmiem. Tiffoka wkoll fuq kif l-evanġejlu jbierek lill-ulied kollha ta’ Alla.

Il-kelma evanġelju tfisser “il-bxara t-tajba.” L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu huwa bxara tajba għax jipprovdi d-duttrina—il-verità eterna—li aħna rridu nersqu lejh u niġu salvati (ara 1 Nefi 15:14). L-evanġelju jgħallimna wkoll kif nistgħu ngħixu ħajja tajba u sinifikanti. Il-bxara t-tajba tal-evanġelju tipprovdilna mod biex jinħafrulna dnubietna, inkunu mqaddsa, u nirritornaw lejn il-preżenza ta’ Alla.

Suġġerimenti għat-Tagħlim

Din is-sezzjoni tipprovdi skema sempliċi biex tgħinek tipprepara ruħek biex tgħallem. Tinkludi wkoll eżempji ta’ mistoqsijiet u stediniet li tista’ tuża.

Hekk kif tipprepara ruħek biex tgħallem, permezz tat-talb ikkunsidra s-sitwazzjoni ta’ kull persuna u l-bżonnijiet spiritwali tagħha. Iddeċiedi x’inhi l-iktar ħaġa li se tgħin biex int tgħallimha. Ipprepara ruħek biex tiddefinixxi termini li n-nies forsi ma jifhmux. Ippjana skont kemm se jkollok ħin, billi tiftakar li żżomm il-lezzjonijiet fil-qosor.

Agħżel skrittura biex tużaha hekk kif tgħallem. Is-sezzjoni “Sisien Duttrinali” tal-lezzjoni tinkludi bosta siltiet mill-iskrittura li għandhom jgħinuk.

Ikkunsidra liema mistoqsijiet se tistaqsi hekk kif tgħallem. Ħejji l-istediniet li se testendi li għandhom jinkoraġġixxu lil kull persuna biex taġixxi.

Enfasizza l-barkiet imwegħdin ta’ Alla, u agħti testimonjanza ta’ dak li tgħallem.

Immaġni
missjunarji jgħallmu lil familja

X’Tista’ Tgħallem Lin-nies fi 15–25 Minuta

Agħżel prinċipju wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin biex tgħallem. Is-sisien duttrinali ta’ kull prinċipju huwa pprovdut wara din id-deskrizzjoni qasira.

Il-Missjoni Divina ta’ Ġesù Kristu

  • Alla bagħat lil Ibnu l-Għażiż, Ġesù Kristu, fid-dinja biex jifdina mid-dnub u l-mewt.

  • Grazzi għas-sagrifiċċju espjatorju ta’ Ġesù, aħna nistgħu ninħafru minn dnubietna meta nindmu.

  • Wara li miet Ġesù, huwa reġa’ qam mill-mewt. Grazzi għall-Qawmien mill-Imwiet tiegħu, aħna se nerġgħu ngħixu wara li mmutu. Dan ifisser li kull spirtu u ġisem ta’ persuna se jerġa’ jingħaqad, u kollha kemm aħna nerġgħu ngħixu għal dejjem f’ġisem perfett, u mqajjem mill-imwiet.

Fidi f’Ġesù Kristu

  • Il-fidi hija l-ewwel prinċipju tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.

  • Il-fidi f’Ġesù Kristu tinkludi li nemmnu li hu huwa l-Iben ta’ Alla u li nafdaw fih bħala s-Salvatur u l-Feddej tagħna.

  • Il-fidi f’Ġesù Kristu hija prinċipju ta’ azzjoni u ta’ qawwa.

  • Aħna nżidu l-fidi tagħna billi nitolbu u nistudjaw l-iskrittura u nobdu l-kmandamenti.

Indiema

  • Il-fidi f’Ġesù Kristu twassalna biex nindmu. L-indiema hija l-proċess li nduru lejn Alla u nersqu ’l bogħod mid-dnub. Hekk kif nindmu, l-azzjonijiet, ix-xewqat, u l-ħsibijiet tagħna jinbidlu biex isiru aktar f’armonija max-xewqa ta’ Alla.

  • Meta nindmu sinċerament, Alla jaħfrilna. Il-maħfra hija possibbli għax Ġesù Kristu bata għal dnubietna.

  • Meta nindmu, inħossu paċi hekk kif il-ħtija u n-niket jiġu mfejqa.

  • L-indiema hi proċess tul ħajjitna. Alla jilqagħna lura kull darba li nindmu. Huwa qatt mhu se jabbandunana.

Magħmudija: L-Ewwel Patt Tagħna ma’ Alla

  • Il-magħmudija hija l-mod li bih nidħlu l-ewwel darba f’relazzjoni ta’ patt ma’ Alla.

  • Il-magħmudija għandha żewġ partijiet: magħmudija bl-ilma u bl-Ispirtu. Meta nkunu mgħammda u kkonfermati, aħna niġu mnaddfa minn dnubietna, u ningħataw bidu ta’ ħajja ġdida.

  • Aħna nitgħammdu bl-immersjoni, fuq l-eżempju ta’ Ġesù.

  • It-tfal ma jiġux mgħammda sakemm ikollhom tmien snin. It-tfal li jmutu qabel din l-età jiġu mifdija permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu.

  • Aħna nieħdu sehem fis-sagrament kull ġimgħa b’tifkira tas-sagrifiċċju ta’ Ġesù u biex inġeddu l-patti tagħna ma’ Alla.

Id-Don tal-Ispirtu s-Santu

  • L-Ispirtu s-Santu huwa t-tielet membru tad-Divinità.

  • Wara l-magħmudija aħna ningħataw id-don tal-Ispirtu s-Santu permezz tal-ordinanza tal-konferma.

  • Meta nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu, jista’ jkollna s-sħubija matul ħajjitna jekk inkunu leali.

  • L-Ispirtu s-Santu jqaddisna, jiggwidana, ifarraġna u jgħinna nsiru nafu l-verità.

Ibqa’ Sod sat-Tmiem

  • Li nibqgħu sodi tas-tmiem tinkludi li nkomplu neżerċitaw il-fidi fi Kristu kuljum. Inkomplu nżommu l-patti tagħna ma’ Alla, nindmu, nfittxu s-sħubija tal-Ispirtu, u nieħdu sehem fis-sagrament.

  • Hekk kif b’fidi nfittxu li nimxu wara Ġesù Kristu, Alla jwegħidna li se jkollna ħajja eterna.

L-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu Jbierek lit-Tfal Kollha ta’ Alla

  • Li ngħixu l-evanġelju japprofondixxi l-hena tagħna, jispira l-azzjonijiet tagħna, u jarrikkixxi r-relazzjonijiet tagħna.

  • Hemm aktar ċans li nkunu kuntenti—kemm bħala individwi u anke bħala familji—meta ngħixu bit-tagħlim ta’ Ġesù Kristu.

  • Permezz tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, il-familji huma mberkin f’din il-ħajja u jistgħu jingħaqdu għall-eternità u jgħixu fil-preżenza ta’ Alla.

Mistoqsijiet li Tista’ Ssaqsi lin-Nies

Dawn il-mistoqsijiet li ġejjin huma eżempji ta’ x’tista’ tistaqsi lin-nies. Dawn il-mistoqsijiet jistgħu jgħinuk ikollok konverżazzjoni sinifikanti u tifhem il-bżonnijiet u l-perspettiva ta’ persuna.

  • X’taf dwar Ġesù?

  • Xi jfisser għalik li jkollok fidi f’Ġesù Kristu?

  • X’tibdil trid tagħmel f’ħajtek?

  • X’tifhem b’indiema?

  • X’tifhem bil-magħmudija? X’tista’ tagħmel issa biex tħejji ruħek għall-magħmudija?

  • Kif jista’ l-Ispirtu s-Santu jgħinna fil-vjaġġ tagħna biex nirritornaw fil-preżenza ta’ Alla?

  • X’inhi d-diffikultà li int jew il-familja tiegħek qed taffaċċjaw? Nistgħu naqsmu magħkom xi modi li bihom l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jista’ jgħin?

Stediniet Li Tista’ Tagħmel

  • Se tistaqsi lil Alla fit-talb biex jgħinek issir taf li dak li għallimna huwa veru? (Ara “Ngħallmu l-Għarfien: Talba” fl-aħħar sezzjoni ta’ lezzjoni 1.)

  • Se tattendi l-knisja l-Ħadd li ġej biex titgħallem aktar dwar dak li għallimniek?

  • Se taqra l-Ktieb ta’ Mormon u titlob biex issir taf li hu l-kelma ta’ Alla? (Int tista’ tissuġġerixxi kapitli jew versi speċifiċi.)

  • Se timxi fuq l-eżempjiu ta’ Ġesù u titgħammed? (Ara “L-istedina biex Titgħammed u tkun Ikkonfermat,” li immedjatament tippreċedi għal-lezzjoni 1.)

  • Nistgħu niftiehmu xi ħin għal żjara oħra?

Sisien Duttrinali

Din is-sezzjoni tipprovdi duttrina u skrittura għalik biex tistudjaha ħalli ssaħaħ l-għarfien tiegħek u t-testimonjanza tal-evanġelju u biex tgħinek tgħallem.

Immaġni
Dawn it-Tnax li Ġesù Bagħat, ta’ Walter Rane

Il-Missjoni Divina ta’ Ġesù Kristu

Il-Missier fis-Smewwiet bagħat lil Ibnu l-Għażiż, Ġesù Kristu, fid-dinja biex jagħmilha possibbli għalina lkoll li nesperjenzaw l-hena f’din id-dinja u fil-ħajja eterna fid-dinja li ġejja. “U dan huwa l-evanġelu, l-aħbar it-tajba, … li [Ġesù Kristu] ġie fid-dinja … biex jieħu fuqu d-dnubiet tad-dinja, u biex iqaddes lid-dinja, u biex inaddafha mill-inġustizzji; sabiex permezz tiegħu kulħadd jista’ jsalva” (Duttrina u Patti 76:40–42).

Bħala mortali, aħna kollha nindmu, u kollha mmutu. Id-dnub u l-mewt ma jħalluniex ikollna ħajja eterna ma’ Alla sakemm ma jkollniex Feddej (ara 2 Nefi 9). Qabel ma ġiet maħluqa d-dinja, il-Missier fis-Smewwiet għażel lil Ġesù Kristu biex jifdina. F’espressjoni suprema tal-imħabba, Ġesù ġie fid-dinja u ssodisfa l-missjoni divina tiegħu. Hu għamilha possibbli għalina biex jifdina mid-dnub, u hu għamel ċert li aħna kollha se nqumu mill-imwiet wara li mmutu.

Ġesù Kristu għex ħajja perfetta, mingħajr dnub. Lejn l-aħħar tal-ministeru mortali tiegħu, hu ħa fuqu d-dnubiet kollha tagħna bit-tbatija tiegħu fil-Ġetsemani u meta ġie msallab (ara 1 Nefi 11:33). It-tbatijiet ta’ Ġesù tant kienu kbar li kkaġunawlu li “jirtogħod minħabba l-uġigħ, u jċarċar demmu mill-pori kollha tiegħu” Duttrina u Patti 19:18). Wara t-Tislib tiegħu, Ġesù qam mill-imwiet, billi rebaħ fuq il-mewt. Flimkien, dawn l-avvenimenti huma l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu.

Dnubietna jagħmluna spiritwalment maħmuġin, u “l-ebda ħaġa maħmuġa ma tista’ tgħix fil-preżenza ta’ Alla” (1 Nefi 10:21). Barra minn hekk, il-liġi tal-ġustizzja tirrikjedi konsegwenza għal dnubietna.

Is-sagrifiċċju tal-espjazzjoni ta’ Ġesù tipprovdi mod għalina biex nitnaddfu mid-dnub u nitqaddsu hekk kif nindmu. Dan jipprovdi mod għalina biex nissodisfaw id-domanda tal-ġustizzja (ara Alma 42:15, 23–24). Is-Salvatur qal, “batejt dan kollu għal kulħadd, ħalli ħadd ma jsofri jekk jindem; imma jekk ma jindimx irid ibati daqsi” (Duttrina u Patti 19:16–17). Kieku mhux għal Ġesù Kristu, id-dnub itemm kull tama li aħna seta’ jkollna fil-futur tagħna mal-Missier fis-Smewwiet.

Meta offra lilu nnifsu bħala sagrifiċċju għalina, Ġesù ma eliminax ir-responsabbiltà personali tagħna. Irid ikollna fidi fih, nindmu, u nistinkaw biex nobdu l-kmandamenti. Hekk kif nindmu, Ġesù se jitlob lil Missieru d-drittijiet ta’ ħniena Tiegħu f’isimna (ara Moroni 7:27–28). Minħabba l-interċessjoni tas-Salvatur, il-Missier fis-Smewwiet jaħfrilna, u jeħlisna mit-toqol u ħtija ta’ dnubietna (ara Mosija 15:7–9). Aħna spiritwalment imnaddfa u ultimament nistgħu nintlaqgħu fil-preżenza ta’ Alla.

Il-missjoni divina ta’ Ġesù hija wkoll biex issalvana mill-mewt. Għax hu qam mill-imwiet, aħna kollha se nqumu mill-imwiet wara li mmutu. Dan ifisser li l-ispirtu u l-ġisem ta’ kull persuna se jerġa’ jingħaqad, u kollha kemm aħna se ngħixu għal dejjem f’ġisem perfett u mqajjem mill-imwiet. Kieku mhux għal Ġesù Kristu, il-mewt kienet ittemm kull tama li aħna seta’ jkollna li fil-futur nerġgħu ngħixu ma’ Missierna tas-Smewwiet.

Studju tal-Iskrittura

Alla Bagħat lil Ibnu

Salvazzjoni permezz ta’ Ġesù Kristu

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Kristu l-Ħaj

  • Gwida Għall-Iskrittura: “Ġesù Kristu

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Ġesù Kristu

Fidi f’Ġesù Kristu

L-ewwel prinċipju tal-evanġelju huwa l-fidi fil-Mulej Ġesù Kristu. Il-fidi hija s-sisien tal-prinċipji kollha tal-evanġelju.

Il-fidi f’Ġesù Kristu tinkludi li jkollna l-kunfidenza li hu huwa l-Iben il-Waħdieni ta’ Alla. Tinkludi li nafdaw fih bħala s-Salvatur u l-Feddej tagħna—li Hu huwa l-uniku mod kif aħna nirritornaw lejn il-preżenza ta’ Alla (ara Atti 4:10–12; Mosija 3:17; 4:6–8). Aħna mistienda li neżerċitaw “fidi soda fih, filwaqt li niddependu kompletament fuq il-merti ta’ dak li għandu s-setgħa li jsalva” 2 Nefi 31:19).

Fidi f’Ġesù Kristu tinkludi li nemmnu li hu sofra mid-dnubiet tagħna fis-sagrifiċċju tal-espjazzjoni tiegħu. Grazzi għas-sagrifiċċju tiegħu, aħna nistgħu nitnaddfu u niġu mifdija hekk kif nindmu. Dan it-tindif jgħinna nsibu l-paċi u t-tama f’din il-ħajja. Jgħinna wkoll nirċievu l-milja ta’ ferħ wara li mmutu.

Il-fidi f’Ġesù Kristu tinkludi li nafdaw li permezz tiegħu, aħna lkoll inqumu mill-imwiet wara li mmutu. Din il-fidi tista’ ssostni u tqawwina fi żmien ta’ telfien. In-niket tal-mewt tista’ tiġi żvelata bil-wegħda tal-Qawmien mill-Imwiet.

Il-fidi f’Ġesù Kristu tinkludi li nemmnu u nafdaw li hu ħa t-tbatijiet u l-uġigħ kollu tagħna fuqu (ara Isaija 53:3–5). Permezz tal-esperjenza tiegħu hu jaf kif jissapportjana bi ħniena bil-qawwa tad-diffikultajiet tal-ħajja (ara Alma 7:11–12; Duttrina u Patti 122:8). Hekk kif neżerċitaw il-fidi, hu jgħinna nimxu ’l quddiem permezz tat-tabtijiet.

Permezz tal-fidi tagħna fi Kristu, Ġesù jista’ jfejjaqna, kemm fiżikament kif ukoll spiritwalment. Huwa dejjem lest li jgħinna hekk kif aħna niftakru fl-istedina tiegħu “ħares lejja f’kull ħsieb; tiddubitax, tibżax” Duttrina u Patti 6:36).

Prinċipju ta’ Azzjoni u Qawwa

Il-fidi f’Ġesù Kristu twassal għall-azzjoni. Aħna nuru l-fidi tagħna billi nobdu l-kmandamenti u billi nagħmlu t-tajjeb kuljum. Aħna nindmu minn dnubietna. Aħna leali lejh. Aħna nagħmlu li nistgħu biex insiru nixbhuh aktar.

Hekk kif neżerċitaw il-fidi, aħna nistgħu nesperjenzaw il-qawwa ta’ Ġesù fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Hu se jkabbar l-akbar sforzi tagħna. Hu se jgħinna nikbru u nirreżistu t-tentazzjoni.

Insaħħu l-Fidi Tagħna

Il-Profeta Alma għallimna li nistgħu nibdew nibnu l-fidi tagħna b’sempliċiment “rieda biex nemmnu” (Alma 32:27). Imbagħad, biex il-fidi tagħna f’Ġesù Kristu tikber, aħna rridu mmantnuha billi nitgħallmu kliemu, napplikaw it-tagħlim tiegħu, u nobdu l-kmandamenti tiegħu. Alma għallimna li hekk kif aħna b’mod paċenzjuż u diliġenti nrawmu l-kelma ta’ Alla fi qlubna, “hija tinbet [u ssir bħal] siġra li tibqa’ tikber u twassal għall‑ħajja ta’ dejjem.”—b’hekk inqawwu l-fidi tagħna (Alma 32:41; ara versi 26–43).

Studju tal-Iskrittura

Il-Fidi, il-Qawwa, u s-Salvazzjoni

Id-Duttrina tal-Fidi

Eżempji ta’ Fidi

Xogħol u Ubbidjenza

Fidi li Twassal għall-Indiema

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida għall-Iskrittura: “Ġesù Kristu,” “Indem, Indiema,” “Fidi

  • Dizzjunarju tal-Bibbja: “Fidi

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Ġesù Kristu,” “L-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu,” “Fidi f’Ġesù Kristu

Indiema

X’Inhi l-Indiema?

L-indiema hija t-tieni prinċipju tal-evanġelju. Fidi f’Ġesù Kristu u l-imħabba tagħna għalih iwasslu biex nindmu (ara Ħelaman 14:13). L-indiema hija l-proċess li nduru lejn Alla u nagħtu daharna lid-dnub. Hekk kif nindmu, l-azzjonijiet, ix-xewqat, u l-ħsibijiet tagħna jinbidlu biex isiru aktar f’armonija mar-rieda ta’ Alla. Il-maħfra tad-dnub hija possibbli permezz ta’ Ġesù Kristu u s-sagrifiċċju espjatorju tiegħu.

L-indiema hija ħafna aktar milli neżerċitaw ir-rieda li nibdlu l-imġiba u negħlbu d-dgħufija. L-indiema hija meta nduru lejn Kristu b’mod sinċier, li jagħtina l-qawwa biex nesperjenzaw “bidla qawwija” f’qalbna (Alma 5:12–14). Hekk kif nesperjenzaw din il-bidla f’qalbna, aħna nitwieldu spiritwalment mill-ġdid (ara Mosija 27:24–26).

Permezz tal-indiema, aħna niżviluppaw għarfien ġdid dwar Alla, dwarna nfusna, u dwar id-dinja. Inħossu mill-ġdid l-imħabba ta’ Alla għalina bħala wliedu—u l-imħabba tas-Salvatur tagħna għalina. L-opportunità li nindmu hija waħda mill-ikbar barkiet li Alla tana permezz ta’ Ibnu.

Il-Proċess tal-Indiema

Meta nindmu, aħna nagħrfu d-dnubiet tagħna u nħossu rimors ġenwin. Aħna nistqarru dnubietna lil Alla u nitolbuh il-maħfra tiegħu. Aħna nistqarru wkoll ċerti dnubiet li jkunu serji ħafna mal-mexxejja tal-Knisja li huma awtorizzati, li jgħinuna biex aħna nindmu. Nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex nagħmlu restituzzjoni, li tfisser li nipprovaw insewwu l-problemi li forsi jkunu kkawżaw l-għemejjel tagħna. L-indiema ġenwina tintwera l-aħjar b’għemejjel tajbin matul perjodu ta’ żmien.

L-indiema hiha proċess ta’ kuljum matul ħajjitna kollha. “Il-bnedmin kollha dinbu u ċċaħħdu mill-glorja ta’ Alla” (Rumani 3:23). Jeħtieġ li aħna nindmu kontinwamwent, filwaqt li niftakru li “għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini” (Filippin 4:13). Il-Mulej assigurana li “kemm‑il darba n‑nies tiegħi jindmu jiena naħfrilhom ħtijiethom kontrija” (Mosija 26:30).

Barkiet tal-Indiema

L-indiema hija prinċipju pożittiv li ġġib l-hena u l-paċi. Din twassalna “fil‑qawwa tal‑Feddej, u għas‑salvazzjoni ta’ ruħ[na]” (Ħelaman 5:11).

Meta aħna nindmu, il-ħtija u n-niket tagħna jitfejqu fil-proċess taż-żmien. Inħossu l-influwenza tal-Ispirtu b’abbundanza ikbar. Ix-xewqa tagħna li nimxu wara Alla titqawwa.

Immaġni
Il-President Russell M. Nelson

“Wisq nies iqisu l-indiema bħala kastig—xi ħaġa li għandha tiġi evitata. … Iżda dan is-sentiment li niġu penalizzati ġej minn Satana. Huwa jipprova jwaqqafna milli nħarsu lejn Ġesù Kristu, li jieqaf quddiemna b’dirgħajh miftuħin, mimli bit-tama u r-rieda biex ifejjaqna, jaħfrilna, inaddafna, jippurifikana, u jqaddisna” ((Russell M. Nelson, “Nistgħu Nkunu Aħjar u Nagħmlu Aħjar,” Liahona, Mejju 2019, 67).

Studju tal-Iskrittura

L-Indiema

L-Indiema u l-Maħfra

Ħniena ma’ Dawk li Jindmu

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

  • Gwida tal-Iskrittura: “Indem, Indiema,” “Patti, Espjazzjoni

  • Dizzjunarju tal-Evanġelju: “Indiema

  • Manwal Ġenerali, 32.1.

  • Suġġetti tal-Evanġelju: “Indiema,” “Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu

Immaġni
mara żagħżugħa qed titgħammed

Il-Magħmudija: L-Ewwel Patt Tagħna ma’ Alla

Il-fidi f’Ġesù Kristu u l-indiema jħejjuna għall-ordinanzi tal-magħmudija u l-konferma. Il-magħmudija hija l-ewwel ordinanza li ssalva tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Hekk kif nirċievu din l-ordinanza li thenni ta’ tama, aħna nagħmlu l-ewwel ordinanza tagħna ma’ Alla.

Ordinanza hija att sagru jew ċerimonja sagra imwettqa bl-awtorità tas-saċerdozju. Xi oridnanzi, bħall-magħmudija, huma essenzjali għas-salvazzjoni tagħna.

Permezz tal-ordinanzi, aħna nagħmlu patti ma’ Alla. Dawn l-ordinanzi huma wegħdiet sagri bejna u Alla. Huwa jwiegħed li jberikna hekk kif aħna nżommu l-wegħdiet tagħna miegħu. Jeħtieġ li jkollna sens ta’ impenn kbir li nżommu l-wegħdiet tagħna ma’ Alla.

Alla pprovda ordinanzi u patti biex jgħinna mmorru għandu u jkollna ħajja eterna. Hekk kif nir’ċievu l-ordinanzi tas-saċerdozju u nżommu l-patti assoċjati, aħna nistgħu nesperjenzaw “il-qawwa tad-divinità” f’ħajjitna (Duttrina u Patti 84:20).

Il-Patt tal-Magħmudija

Is-Salvatur għallimna li l-magħmudija hija neċessarja għalina biex nidħlu fis-saltna tas-smewwiet (ara Ġwanni 3:5). Huwa wkoll neċessarju għalina li nsiru membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu. Is-Salvatur tagħna tana l-eżempju billi tgħammed (ara Mattew 3:13–17).

Meta aħna nitgħammdu u nżommu l-patt tagħna, Alla jwegħidna li jaħfrilna dnubietna (ara Atti 22:16; 3 Nefi 12:1–2). Din il-barka kbira saret possibbli permezz tas-sagrifiċċju tal-espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, li “ħabbna, u li ħallna minn dnubietna bis-saħħa ta’ demmu” Apokalissi 1:5). Alla jwegħidna wkoll li jberikna bis-sħubija tal-Ispirtu s-Santu biex aħna nistgħu nkunu mqaddsa, iggwidati, u kkonfermati.

Fil-parti tagħna tal-patt tal-magħmudija, aħna nixhdu li aħna lesti li nieħdu fuqna l-isem ta’ Ġesù Kristu. Nagħtu l-kelma wkoll li dejjem niftakru fih u nħarsu l-kmandamenti tiegħu. Aħna nwiegħdu li nħobbu u nservu lill-oħrajn, “nibku ma’ dawk li jibku; … infarrġu lil dawk li għandhom bżonn il-faraġ, u nieqfu bħala xhieda ta’ Alla f’kull ħin u f’kollox, u kullimkien” (Mosija 18:9; ara versi 8–10, 13). Aħna nesprimu determinazzjoni biex inservu lil Ġesù Kristu sal-aħħar ta’ ħajjitna (ara Duttrina u Patti 20:37; Mosija 2:17).

L-impenji tal-patti tagħna assoċċjati mal-magħmudija huma responsabbiltà kbira. Huma wkoll jispirawk u jimlewk bl-hena. Huma joħolqu relazzjoni speċjali bejnietna u bejn il-Missier fis-Smewwiet li biha hu jibqa’ jestendi l-imħabba tiegħu.

Magħmudija b’Immersjoni

Ġesù għallem li aħna rridu nkunu mgħammda b’immersjoni għall-maħfra tad-dnubietna (ara Duttrina u Patti 20:72–74). Il-magħmudija b’immersjoni hija simbolika tal-mewt, dfin, u l-Qawmien mill-Imwiet ta’ Ġesù Kristu (ara Rumani 6:3–6).

Il-magħmudija b’immersjoni wkoll għandha simboliżmu qawwi għalina personali. Din tirrappreżenta l-mewt ta’ ħajjitna l-qadima, id-dfin ta’ dik il-ħajja, u l-emerġenza tagħna fit-twelid mill-ġdid spiritwali. Meta nitgħammdu, aħna nibdew proċess sabiex nerġgħu nitwieldu mill-ġdid u nsiru wlied spirti ta’ Kristu (ara Mosiah 5:7–8; Rumani 8:14–17).

Tfal

It-tfal m’għandhomx jitgħammdu qabel ma jagħlqu l-età li tagħmilhom responsabbli, liema età hi ta’ tmien snin (ara Duttrina u Patti 68:27). It-tfal li jmutu qabel din l-età jiġu mifdija permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu (ara Moroni 8:4–24; Duttrina u Patti 137:10). Qabel ma jiġu mgħammda, għandhom ikunu mgħallma l-evanġelju biex ikunu ppreparati għal dan il-pass importanti f’ħajjithom biex jagħmlu patt ma’ Alla.

Is-Sagrament

Missierna fis-Smewwiet iridna nkunu leali mal-patti li aħna nagħmlu miegħu. Biex jgħinna nagħmlu dan, hu kkmandana biex niltaqgħu spiss biex nieħdu sehem fis-sagrament. Is-sagrament huwa ordinanza tas-saċerdozju li Ġesù introduċa lill-Appostli tiegħu eżatt qabel l-Espjazzjoni tiegħu.

Li nieħdu sehem fis-sagrament hu l-għan ċentral tal-laqgħa tas-sagrament ta’ kull ġimgħa. Il-ħobż u l-ilma jitbierku u jingħataw lill-kongregazzjoni. Il-ħobż jirrappreżenta s-sagrifiċċju tas-Salvatur li ta ġismu għalina. L-ilma jirrappreżenta demmu, li hu xerred għalina.

Aħna nieħdu sehem f’dawn l-emblemi bħala tifkira tas-sagrifiċċju tas-Salvatur u biex inġeddu l-patti tagħna ma’ Alla. Aħna nirċievu mill-ġdid il-wegħda li l-Ispirtu se jkun magħna.

Studju tal-Iskrittura

L-Eżempju ta’ Kristu

Il-Patt tal-Magħmudija

Kwalifiċi għall-Magħmudija

Barkiet Imwiegħda tal-Magħmudija

Il-Ħtieġa tal-Awtorità

Ġesù Kristu Waqqaf is-Sagrament

It-Talb tas-Sagrament

Nieħdu Sehem fis-Sagrament

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

Immaġni
Kristu iqiegħed idejh fuq mara

Id-Don tal-Ispirtu s-Santu

Nirċievu d-Don tal-Ispirtu s-Santu

Il-magħmudija għandha żewġ partijiet. Ġesù għallem li aħna neħtieġu li “nitwieldu mill-ilma u mill-Ispirtu” biex nidħlu fis-saltna ta’ Alla (Ġwanni 3:5; enfasi miżjuda). Joseph Smith għallem, “Il-magħmudija bl-ilma hija biss nofs magħmudija, u mhi tajba għal xejn jekk mhux bin-nofs l-ieħor—jiġifieri, il-magħmudija tal-Ispirtu s-Santu” (Tagħlim tal-Presidenti tal-Knisja: Joseph Smith [2007], 95).

Il-magħmudija tal-ilma għandha tiġi segwita mill-magħmudija tal-Ispirtu, inkella din ma tkunx kompluta. Meta nirċievu ż-żewġ magħmudiji, aħna ninħallu minn dnubietna u nerġgħu nitwieldu spiritwalment mill-ġdid. Imbagħad aħna nibdew ngħixu ħajja spiritwali ġdida bħala dixxipli ta’ Kristu.

Aħna nirċievu l-magħmudija tal-Ispirtu permezz ta’ ordinanza msejħa konferma. Din l-ordinanza titwettaq minn wieħed li jħaddan is-saċerdozju, jew minn iktar minn wieħed, li jqiegħed idejh fuq rasna. L-ewwel jikkonfermawna bħala membri tal-Knisja, u mbagħad jikkonferixxu d-don tal-Ispirtu s-Santu. Din hija l-istess ordinanza li hija rreferuta fit-Testment il-Ġdid u fil-Ktieb ta’ Mormon (ara Atti 8:14–17; 3 Nefi 18:36–37).

L-Ispirtu s-Santu huwa t-tielet membru tad-Divinità. Huwa jaħdem f’unità flimkien ma’ Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu. Meta nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu, aħna jista’ jkollna l-isħubija Tiegħu matul ħajjitna kollha hekk kif nibqgħu leali.

Kif Iberikna l-Ispirtu s-Santu

Id-don tal-Ispirtu s-Santu huwa wieħed mill-aktar doni prezzjużi li tana Missierna tas-Smewwiet. L-Ispirtu s-Santu jnaddafna u jqaddisna, u hekk jagħmilna iktar qaddisin, iktar sħaħ, iktar bħal Alla (ara 3 Nefi 27:20). Huwa jgħinna biex ninbidlu u nikbru spiritwalment hekk kif infittxu li nimxu fuq il-preċetti ta’ Alla.

L-Ispirtu s-Santu jgħinna biex nitgħallmu l-verità u nagħrfuha (ara Moroni 10:5). Huwa jikkonfermalna l-verità anki f’qalbna u f’moħħna. Barra minn hekk, l-Ispirtu s-Santu jgħinna biex ngħallmu l-verità (ara Duttrina u Patti 42:14). Meta nitgħallmu u ngħallmu l-verità bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, Huwa jwassalha f’qalbna (ara 2 Nefi 33:1).

Hekk kif b’umiltà nfittxu direzzjoni mill-Ispirtu s-Santu, Huwa jiggwidana (ara 2 Nefi 32:5). Dan jinkludi li jissuġġerilna kif nistgħu nservu lil oħrajn.

L-Ispirtu s-Santu jipprovdi l-qawwa spiritwali li biha nistgħu negħlbu d-dgħufija. Huwa jgħinna biex nirreżistu t-tentazzjoni. Huwa jaf iwiddibna dwar il-periklu spiritwali u fiżiku.

L-Ispirtu s-Santu jgħinna matul l-isfidi tal-ħajja. Huwa jfarraġna matul żminijiet ta’ provi u niket, u hekk jimliena bit-tama (ara Moroni 8:26). Permezz tal-Ispirtu s-Santu, aħna nistgħu nħossu l-imħabba ta’ Alla għalina.

Studju tal-Iskrittura

In-Natura tal-Ispirtu s-Santu

Il-Barkiet u l-Influwenza tal-Ispirtu s-Santu

L-Importanza tad-Don tal-Ispirtu s-Santu

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

Immaġni
Ġesù jħaddan lit-tfal

Ibqa’ Sod sat-Tmiem

Meta nitgħammdu u nkunu kkonfermati, aħna nidħlu f’patt ma’ Alla. Fost affarijiet oħrajn, aħna nwiegħdu li nżommu mal-kmandamenti tiegħu u nservuh għall-kumplament ta’ ħajjitna (ara Mosija 18:8–10, 13; Duttrina u Patti 20:37).

Wara li nkunu dħalna fit-triq tal-evanġelju permezz tal-magħmudija u l-konferma, nagħmlu kull sforz biex nibqgħu fiha. Meta niżolqu mit-triq anke bi ftit, neżerċitaw il-fidi fi Kristu biex nindmu. Il-barka tal-indiema tħallina nirritornaw lejn it-triq tal-evanġelju u nżommu l-barkiet tal-patti tagħna ma’ Alla. Hekk kif nindmu b’mod sinċier, Alla dejjem huwa lest li jaħfrilna u jilqagħna lura.

Li nibqgħu nirreżistu sat-tmiem ifisser li nibqgħu leali lejn Alla sa tmiem ħajjitna—tul il-ġranet tajbin u żminijiet ħżiena, qalb il-prosperità u l-avversità. B’umiltà nħallu lil Kristu biex jiffurmana u jagħmilna aktar nixbhuh. Inħarsu lejn Kristu b’fidi, b’fiduċja, u b’tama irrelevanti x’jiġi f’ħajjitna.

Li nibqgħu nirreżistu sat-tmiem ma tfissirx sempliċiment li nżommu sakemm immutu. Minflok, tfisser li niffukaw fuq ħajjitna, fuq ħsibijietna, u fuq l-azzjonijiet ta’ Ġesù Kristu. Tinkludi li nkomplu neżerċitaw il-fidi fi Kristu kuljum. Aħna nkomplu wkoll nindmu, inżommu l-patti tagħna ma’ Alla, u nfittxu s-sħubija tal-Ispirtu s-Santu.

Għalhekk, ibqgħu mexjin “’il quddiem b’fidi sħiħa fi Kristu, b’tama ta’ dija perfetta, u mħabba lejn Alla u lejn il-bnedmin kollha.” Missierna fis-Smewwiet iwegħidna li hekk kif aħna nibqgħu nirreżistu sal-aħħar, aħna “jkollna ħajja eterna” (2 Nefi 31:20).

Studju tal-Iskrittura

Ibqa’ Sod sat-Tmiem

Barkiet għal Dawk li Jibqgħu Sodi

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

Immaġni
familja titbissem

L-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu Jbierek lit-Tfal Kollha ta’ Alla

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu huwa għall-ulied kollha ta’ Alla. L-iskrittura tgħallem li “kulħadd l‑istess għal Alla” irrelevantament mill-isfond u s-sitwazzjoni soċjali tagħna. Hu jistedinna “ilkoll biex immorru għandu u ngawdu mit-tjubija tiegħu; u hu ma jirrifjuta lil ħadd li jmur għandu” (2 Nefi 26:33).

L-evanġelju jberikna matul il-ħajja mortali tagħna u matul l-eternità. Hemm ċans kbir li nkunu ferħana—kemm bħala individwi u anke bħala familji—meta ngħixu skont it-tagħlim ta’ Ġesù Kristu (ara Mosija 2:41; “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” ChurchofJesusChrist.org). Li ngħixu l-evanġelju japprofondixxi l-hena tagħna, jispira l-azzjonijiet tagħna, u jarrikkixxi r-relazzjonijiet tagħna.

Li ngħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jista’ wkoll jipproteġina milli nagħmlu għażliet li jistgħu jweġġgħuna fiżikament jew spiritwalment. Dan jgħinna nqawwu u nsibu faraġ fi żmien ta’ provi u niket. Dan jipprovdi mod għall-ħajja eterna mimlija hena.

Wieħed mill-akbar messaġġi tal-evanġelju rrestawrat huwa li aħna lkoll parti mill-familja ta’ Alla. Dawn huma l-ulied spirti tiegħu. Irrelevanti mis-sitwazzjoni tal-familja tagħna f’din id-dinja, kull wieħed u waħda minna huma membri tal-familja ta’ Alla.

Parti oħra kbira tal-messaġġ tagħna hija li l-familji jistgħu jingħaqdu għall-eternità. Il-familja hija ordnata minn Alla. Il-pjan divin tal-ferħ jippermetti li r-relazzjonijiet fil-familja jibqgħu jeżistu lil hinn mill-qabar. Ordinanzi u patti tat-tempju sagri jagħmluha possibbli għall-familji biex ikunu flimkien għal dejjem.

Permezz tad-dawl tal-evanġelju, il-familji jistgħu jirrisolvu n-nuqqas ta’ qbil, il-ġlied, u l-isfidi li jkollhom. Familji li jkunu tkissru minħabba xi nuqqas ta’ qbil jistgħu jiġu mfejqa permezz tal-indiema, maħfra, u fidi fil-qawwa tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu.

L-evanġelju ta’ Ġesù Kristu jgħin lill-familji jiżviluppaw relazzjonijiet aktar b’saħħithom. Id-dar hija l-aqwa post biex tgħallem u titgħallem il-prinċipji tal-evanġelju. Dar imwaqqfa fuq il-prinċipji tal-evanġelju tkun post ta’ refuġju u sigurtà. Din se tkun post fejn l-Ispirtu tal-Mulej jista’ jgħammar.

Studju tal-Iskrittura

Tgħallem Iżjed dwar Dan il-Prinċipju

Skeda ta’ Lezzjoni Qasira sa Medja

L-iskeda li ġejja hija kampjun ta’ x’tista’ tgħallem lil xi ħadd jekk għandek biss żmien qasir. Meta tuża din l-iskeda, agħżel li tgħallem prinċipju wieħed jew aktar. Il-fondazzjoni duttrinali għal kull prinċipju huwa pprovdut fil-bidu ta’ din il-lezzjoni.

Hekk kif tgħallem, staqsi mistoqsijiet u isma’. Estendi l-istediniet li se jgħinu lin-nies jitgħallmu kif jersqu eqreb lejn Alla. Stedina waħda importanti hija li l-persuna terġa’ tiltaqa’ miegħek. It-tul tal-lezzjoni se jiddependi mill-mistoqsijiet li int tistaqsi u mis-smigħ li tagħmel.

Immaġni
missjunarji jgħallmu lil xi nisa

X’tista’ tgħallem lin-nies fi 3–10 Minuti

  • Alla bagħat lil Ibnu l-Maħbub, Ġesù Kristu, fid-dinja biex jifdina mid-dnub u l-mewt.

  • Il-fidi fil-Feddej hija prinċipju ta’ azzjoni u ta’ qawwa. Il-fidi tgħinna nesperjenzaw il-qawwa li ssaħħaħ tas-Salvatur f’ħajjitna.

  • Il-fidi f’Ġesù Kristu twassalna biex nindmu. L-indiema hija l-proċess li bih nduru lejn Alla u nduru lil hinn mid-dnub. Hekk kif nindmu, l-għemejjel, ix-xewqat, u l-ħsibijiet tagħna jinbidlu biex ikunu iktar f’armonija mar-rieda ta’ Alla.

  • Meta nindmu, Alla jaħfrilna. Il-maħfra hija possibbli għaliex Ġesù Kristu patta għal dnubietna.

  • Il-magħmudija għandha żewġ partijiet: il-magħmudija bl-ilma u bl-Ispirtu. Meta niġu mgħammdin u kkonfermati, aħna ninħelsu minn dnubietna, u dan jagħtina bidu ġdid fil-ħajja.

  • Wara li nitgħammdu bl-ilma, aħna nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu permess tal-ordinanza tal-konferma.

  • Hekk kif b’fidi nimxu fit-triq tal-evanġelju sa tmiem ta’ ħajjitna, Alla jwiegħed li aħna se jkollna ħajja eterna.