Konferenza Ġenerali
Rakkont ta’ Dak Kollu li Jiena Rajt u Smajt
konferenza ġenerali April 2024


Rakkont ta’ Dak Kollu li Jiena Rajt u Smajt

Qatt ma kien hawn żmien aħjar biex tkun membru tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.

Wara li ggradwajt mill-iskola tal-liġi, jien u marti, Marcia għażilna li ningħaqdu ma’ kumpanija legali li tispeċjalizza fil-liġi marbuta ma’ ġurijiet. Hekk kif bdejt il-taħriġ tiegħi waqt ix-xogħol, jien għaddejt ħafna mill-ħin tiegħi nipprepara x-xhieda biex jixhdu waċt il-ġuri. Jien ma domtx ma ndunajt li l-fatti jiġu stabbiliti fl-awla tal-qorti hekk kif ix-xhieda, taħt ġurament, jixhdu dwar il-verità ta’ dak li huma raw u semgħu. Hekk kif ix-xhieda jagħtu x-xhieda tagħhom, kliemhom jiġi rreġistrat kif ukoll ippreservat. L-importanza li jkolli xhieda kredibbli dejjem kienet priorità kbira fit-tħejjija tiegħi.

Ma domtx wisa ma ndunajt li l-istess termini li kont nuża bħala avukat kienu wkoll it-termini li jien nuża fil-konverżazzjonijiet tiegħi tal-evanġelju. “Xhieda” u “testimonjanza” huma termini li aħna nużaw hekk kif naqsmu l-għarfien u s-sentimenti tagħna dwar il-verità tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.

Meta ġejt sostnut bħala Sebgħin Reġjonali ġdid, jiena ftaħt l-iskrittura biex nitgħallem dmirijieti u qrajt Duttrina u Patti 107:25, li tiddikjara, “Is-Sebgħin huma msejħin ukoll … biex ikunu xhieda speċjali għall-Ġentili u fid-dinja kollha.” Kif tistgħu timmaġinaw, għajnejja waqfu fuq it-terminu “xhieda speċjali.” Jien bdejt nara b’mod ċar li jien kelli responsabbiltà li naqsam ix-xhieda tiegħi—li nkun xhud għall-isem ta’ Ġesù Kristu—kull fejn immur fid-dinja.

Hemm bosta eżempji fl-iskrittura ta’ dawk li kienu xhieda u li taw xhieda ta’ dak li huma raw u semgħu.

Kif beda r-rakkont tiegħu l-profeta tal-qedem Mormon meta kiteb, “U issa jiena, Mormon, se nikteb rakkont ta’ dak kollu li jiena rajt u smajt, u se nsejjaħlu l-Ktieb ta’ Mormon.”1

L-Appostli tas-Salvatur, Pietru u Ġwanni, fejqu raġel f’isem Ġesù Kristu ta’ Nazaret.2 Meta ntalbu biex ma jitkellmux f’isem Ġesù, huma wieġbu:

“Għidulna intom jekk hux sewwa quddiem Alla li aħna nisimgħu aktar minnkom milli minn Alla;

“Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.”3

Testimonjanza mqanqla oħra ġejja mill-Qaddisin li hemm fil-Ktieb ta’ Mormon li taw xhieda taż-żjara tas-Salvatur Ġesù Kristu. Isimgħu ftit id-deskrizzjoni tax-xhieda tagħhom: “U din kienet ix-xhieda li huma taw: L-ebda għajn qatt ma rat, u l-ebda widna qatt ma semgħet qabel, ħwejjeġ daqstant kbar u tal-għaġeb daqs il-ħwejjeġ li aħna rajna u smajna lil Ġesù jgħid lill-Missier.”4

Ħuti, illum jien niddikjara x-xhieda tiegħi u se nitkellem dwar dak li jiena rajt u smajt waqt il-ministeru sagru tiegħi bħala Sebgħin tal-Mulej Ġesù Kristu. Waqt li nagħmel dan jiena nixhed magħkom dwar Missierna fis-Smewwiet kollu mħabba u l-Iben benevolenti tiegħu, Ġesù Kristu, li bata, miet, u reġa’ qam biex joffri l-ħajja ta’ dejjem lil ulied Alla. Jien nixhed dwar “ħidma mill-aktar meraviljuża u tal-għaġeb”5 u li l-Mulej reġa’ medd idu għal darb’oħra biex jirrestawra l-evanġelju tiegħu fid-dinja permezz tal-profeti u l-appostli ħajjin tiegħu.6 Jiena nixhed li bbażat fuq dak li jiena rajt u smajt, ma kienx hawn żmien aħjar biex tkun membru tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Jiena naf dan mill-istess għarfien tiegħi, indipendenti minn kull sors ieħor, minħabba dak li jiena rat u smajt.

Fl-aħħar sena tiegħi fl-iskola sekondarja, biex niggradwa mis-seminarju, kelli nidentifika l-15-il tempju tal-Knisja. Fin-naħa ta’ quddiem tal-klassi tagħna kellna stampa ta’ kull tempju, u ridt inkun naf fejn kien jinsab kull wieħed minnhom. Illum, snin wara, din tkun sfida enormi—biex nidentifika kull wieħed—mit-335 tempju li qed jopera jew li ġie mħabbar. Jien personalment rajt ħafna minn dawn id-djar tal-Mulej u nixhed li l-Mulej jinsab joffri l-barkiet u l-ordinanzi tiegħu lil numru dejjem jikber ta’ wliedu madwar id-dinja.

Sħabi f’FamilySearch għallmuni li aktar minn miljun isem ġdid huma miżjuda ma’ FamilySearch kuljum. Jekk ilbieraħ ma sibtux lill-antenati tagħkom, nistedinkom biex terġgħu tippruvaw għada. Meta nitkellmu dwa il-ġabra ta’ Iżrael fuq in-naħa l-oħra tal-velu, ma kienx hawn żmien aħjar biex tkun membru tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien mil-lum il-ġurnata.

Hekk kif rabbejna lil uliedna fi Twin Falls, Idaho, il-perspettiva tagħna tal-Knisja dinjija kienet waħda limitata. Meta ġejt imsejjaħ bħala Awtorità Ġenerali, jien u Marcia ġejna assenjati biex iservu fir-Reġjun tal-Paċifiku, post li qatt ma konna morna qabel. Kien ta’ pjaċir kbir għalina meta sibna pali li jibdew min-naħa ta’ fuq ta’ New Zealand san-naħa t’isfel, flimkien ma’ tempju li kien ġie ddedikat fl-1958. Kien wieħed minn dawk il-15 li jiena tgħallimt bl-amment fis-seminarju. Aħna sibna tempji f’kull belt ewlenija tal-Awstralja, u pali madwa dak il-kontinent. Aħna kellna assenjazzjonijiet ġewwa s-Samoa, fejn kien hemm 25 pal, u fit-Tonga, fejn kważi nofs il-popolazzjoni huma membri tal-Knisja. Aħna kellna assenjazzjoni fil-gżira ta’ Kiribati, fejn hemm sibna żewġ pali. Kellna assenjazzjonijiet biex inżuru pali ġewwa Ebeye fil-Gżejjer Marshall u f’Daru f’Papua New Guinea.

Wara s-servizz tagħna fil-Gżejjer Paċifiċi, aħna ġejna mibgħuta biex inservu fil-Filippini. B’sorpriża għalija, il-Knisja ta’ Ġesù Kristu fil-Filippini qed tikber ferm aktar milli mmaġinajt. Illum hemm 125 pal, 23 missjoni, u 13-il tempju li qed jopera jew li ġie mħabbar. F’dak il-pajjiż jien stajt nara knisja ta’ 850,000 membru. Kif jien ma kontx konxju daqshekk dwar it-twaqqif tal-Knisja ta’ Kristu madwar id-dinja?

Wara tliet snin fil-Filippini, jien ġejt mitlub biex immur inservi fid-Dipartiment Missjunarju. L-assenjazzjoni tiegħi ħaditna f’missjonijiet madwar id-dinja kollha. Il-perspettiva tiegħi tal-Knisja dinjija tas-Salvatur espandiet waħda sew. Jien u Marcia ġejna mitlubin inżuru missjonijiet fl-Asja. Aħna sibna ċentru tal-pal ġewwa Singapore, b’membri mill-aktar meraviljużi u fidili. Aħna morna nżuru membri u missjunarji f’kappella ġewwa Kota Kinabalu, fil-Malasja. Aħna ltqajna ma’ missjunarji ġewwa Hong Kong u ħadna sehem f’konferenza meraviljuża tal-pal flimkien ma’ Qaddisin mill-aktar fidili u devoti.

Din l-esperjenza rrepetiet ruħha hekk kif aħna ltqajna ma’ missjunarji u membri minn madwar l-Ewropa, l-Amerika Latina, il-Karibew, u l-Afrika. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu qed tesperjenza tkabbir tremend ġol-Afrika.

Jiena xhud tar-Restawrazzjoni kontinwa tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u t-twettiq tal-profezija ta’ Joseph Smith li “l-verità ta’ Alla tibqa’ miexja ’l quddiem b’fermezza u b’mod nobbli u indipendenti, sakemm tippenetra kull kontinent, iżżur kull klima, tgħaddi minn fuq kull pajjiż, u tinstama’ f’kull widna.”7

Il-missjunarji meraviljużi tagħna li issa jkopru d-dinja kollha jgħoddu ’l fuq minn 74,000. F’ħidma kontinwa mal-membri, huma jgħammdu ’l fuq minn 20,000 ruħ fix-xahar. Bħalissa dawn jikkonsistu minn ġuvintur u t-tfajliet ta’ 18, 19, u 20 sena li, bl-għajnuna tal-Mulej, wasslu għal dan il-miraklu tal-għaġeb, il-miraklu tal-ġabra. Dawn it-tfajliet u ġuvintur insibuhom fl-irħula żgħar ta’ Vanuatu u fl-ibliet kbar ta’ New York, Pariġi, u Londra. Jiena rajthom jgħallmu dwar is-Salvatur f’kongregazzjonijiet rimoti ġewwa l-Fiji u f’ġabriet akbar ta’ nies f’postijiet bħal Texas, California, u Florida fl-Istati Uniti.

Il-missjunarji tistgħu ssibuhom f’kull rokna tad-dinja jitkellmu 60 lingwa differenti u jġibu fis-seħħ l-istedina importanti tas-Salvatur li nsibu f’Mattew 28: “Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.”8 Jiena nonora l-missjunarji tal-Knisja tal-passat u ta’ żmienna u nfakkar lill-ġenerazzjoni li tielgħa dwar l-istedina tal-President Russell M. Nelson biex jiġu u jiġbor flimkien lil Iżrael.9

Illum jiena nixhed li jien osservajt b’għajnejja u smajt b’widnejja din ir-Restawrazzjoni profonda tal-evanġelju tas-Salvatur. Jiena xhud tal-ħidma ta’ Alla madwar id-dinja. Qatt ma kien hawn żmien aħjar biex tkun membru tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien mil-lum il-ġurnata.

Jista’ jkun li l-aktar miraklu tar-Restawrazzjoni li spirani li jiena rajt huwa intom, il-membri fidili tal-Knisja f’kull art. Intom, il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, Nefi ddeskriviekom fil-Ktieb ta’ Mormon, hekk kif huwa ra żmienna u xehed, “U ġara li jien, Nefi, rajt il-qawwa tal-Ħaruf ta’ Alla, li niżlet fuq il-qaddisin tal-knisja tal-Ħaruf, u fuq il-poplu tal-patt tal-Mulej, li kien jinsab imxerred fuq wiċċ l-art kollha; u huma kienu armati bis-sewwa u bil-qawwa ta’ Alla fi glorja kbira.”10

Jiena nixhed li jin rajt b’għajnejja stess dak li ra Nefi—lilkom,il-Qaddisin tal-patt f’kull art, arnati bis-sewwa u bil-qawwa ta’ Alla. Meta kont ninsab quddiem il-pulptu f’wieħed minn dawn il-ġnus kbar tad-dinja, il-Mulej issuġġerieli f’moħħi xi ħaġa li s-Sultan Benjamin għallem f’ Mosija 2 fil-Ktieb ta’ Mormon. Brent, : “Nixtieq li inti tikkunsidra l-istat imbierek u ta’ ferħ ta’ dawk li jżommu l-kmandamenti ta’ Alla. Għax ara, huma mberkin f’kull ħaġa, kemm temporali kif ukoll spiritwali.”11

Nixhed magħkom li jiena rajt dan b’għajnejja u smajt dan b’widnejja hekk kif iltaqajt magħkom, intom il-Qaddisin ta’ Alla fidili madwar id-dinja li tħarsu l-kmandamenti. Intom l-ulied tal-patt tal-Missier. Intom dixxipli ta’ Ġesù Kristu. Intom tafu wkoll dak li naf jien għaliex intom irċevejtu x-xhieda personali tagħkom dwar il-verità tal-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu. Is-Salvatur għallem: “Iżda, henjin għajnejkom, għax qegħdin jaraw; henjin widnejkom, għax qegħdin jisimgħur.”12

Taħt id-direzzjoni tal-Mulej u t-tmexxija tal-profeti u l-appostli tiegħu aħna nkomplu nħejju l-missjunarji, nagħmlu u nħarsu l-patti sagri, nistabbilixxu l-Knisja ta’ Kristu madwar id-dinja, u nirċievu l-barkiet li jaslu għandna hekk kif iħarsu l-kmandamenti ta’ Alla. Aħna magħqudin. Aħna wlied Alla. Aħna nafuh u nħobbuh.

Jien ningħaqad magħkom, ħbieb tiegħi, hekk kif aħna nixhdu flimkien li dawn il-ħwejjeġ huma vera. Aħna nagħmlu rakkont ta’ dak kollu li aħna rajta u smajna. Jien u intom xhieda li nixhdu. Hu permezz tal-qawwa ta’ din ix-xhieda tagħna lkoll flimkien li aħna nkomplu nimxu ’l quddiem b’fidi fil-Mulej Ġesù Kristu u l-evanġelju tiegħu. Jiena niddikjara x-xhieda tiegħi li Ġesù Kristu jgħix. Huwa s-Salvatur u l-Feddej tagħna. F’isem Ġesù Kristu, ammen.