Konferenza Ġenerali
Itlob, Hu Qiegħed Hemm
konferenza ġenerali April 2024


Itlob, Hu Qiegħed Hemm

Nistedinkom titolbu biex tkunu tafu li Missierna fis-Smewwiet qiegħed hemm, itolbu biex tikbru biex issiru bħalu, u itolbu biex turu l-imħabba tiegħu lil ħaddieħor.

Ħuti, inħoss ferħ hekk kif inwieġeb għal impressjoni li nitkellem lit-tfal!

Bniet u subien, fejn tinsabu fid-dinja, irrid naqsam xi ħaġa magħkom.

Missierna fis-Smewwiet iħobbna! Intom uliedu. Huwa jafkom. Huwa jixtieq isalvakom. Nitlob b’qalbi kollha biex tħossu l-imħabba tiegħu.

Tħobb tirċievi doni? Irrid inkellimkom dwar don speċjali ħafna li Missierkom fis-Smewwiet takom biex jgħinkom. Huwa d-don tat-talb. It-talb huwa barka! Nistgħu nitkellmu ma’ Missierna fis-Smewwiet f’kull ħin u kullimkien.

Immaġni
Ġesù Kristu mat-tfal.

Meta Ġesù kien f’din id-dinja, għallimna nitolbu. Qal, “Itlob, u tirċievi.”1

Għal liema doni tista’ titlob? Hemm ħafna, imma llum irrid naqsam tlieta:

  1. Itlobu biex tkunu tafu.

  2. Itolbu biex tikbru.

  3. Itolbu biex turu.

Ejja nitkellmu dwar kull wieħed.

L-ewwel, Itlobu biex Tkunu Tafu

X’għandkom tkun tafu?

Hemm għanja dwar it-talb li t-tfal tal-Primarja jkantaw mad-dinja kollha. Tibda b’mistoqsija. Tafu liema għanja hi? Kieku kont tassew kuraġġuż, inkantahilkom!

“Missier fis-Smewwiet, int verament hemm? U tisma’ u twieġeb it-talb ta’ kull tifel?”2

Kif tistgħu tkunu tafu li Missierna fis-Smewwiet tassew hemm, anki meta ma tistawx tarah?

Il-President Russell M. Nelson stedinkom biex “tiftħu qalbkom lil Missierkom tas-Smewwiet. … U mbagħad ismigħu!”3 Ismigħu dak li tħossu f’qalbkom u ħsibijiet li jiġu f’moħħkom.4

Missierna fis-Smewwiet għandu ġisem glorifikat tad-demm u l-laħam u huwa l-Missier tal-ispirti tagħkom. Minħabba li Missierna fis-Smewwiet għandu kull setgħa u jaf kollox, hu jista’ jara lil uliedu kollha5 u jista’ jisma’ u jwieġeb kull talb. Tistgħu ssiru tafu għalikom innfuskom li hu qiegħed hemm u li jħobbkom.

Meta tkunu tafu li Missierna tas-Smewwiet huwa reali u li Hu jħobbkom, tistgħu tgħixu b’kuraġġ u tama! “Itlob, hu qiegħed hemm; tkellem, hu qed jisma’.”6

Qatt ħassejtkom waħidkom? Ġurnata waħda meta n-neputi tagħna Ashley kellha sitt snin, kienet l-unika waħda mingħajr ħabiba biex tilgħab magħha fil-bitħa tal-iskola. Hekk kif baqgħet hemm, tħossha mhux importanti u li ma tidhirx, ġie f’moħħha ħsieb speċifiku: “Stenna! Jien mhux waħdi! Jien għandi lil Kristu!” Ashley niżlet għarkobbtejha proprju f’nofs il-bitħa, b’idejha marbuta, u talbet lil Missierna fis-Smewwiet. Fil-mument li fetħet għajnejha, tfajla tal-età tagħha kienet wieqfa hemm tistaqsiha jekk tridx tilgħab. Ashley saret taf, “Aħna importanti għall-Mulej, u qatt ma nkunu tassew waħedna.”

Xi drabi tistgħu tkunu tridu tkunu tafu għaliex qed tiġri xi ħaġa iebsa f’ħajjitkom jew għaliex ma rċevejtux barka li tlabt għaliha. Ħafna drabi l-aħjar mistoqsija li tistaqsi lil Missierna fis-Smewwiet mhix għaliex imma xiex.

Tiftakru meta Nefi u l-familja tiegħu kienu bil-ġuħ waqt li kienu qed jivvjaġġaw fid-deżert? Meta Nefi u ħutu marru jikkaċċjaw għall-ikel, Nefi kisser il-qaws. Imma ma staqsiex għaliex.

Immaġni
Nefi staqsa lil Leħi fejn isib l-ikel.

Nefi għamel qaws ġdida u staqsa lil missieru, Leħi, fejn seta’ jmur biex jieħu l-ikel. Leħi talab, u l-Mulej urihom fejn Nefi seta’ jmur.7 Missierna fis-Smewwiet jiggwidakom meta tistaqsuh x’tistgħu tagħmlu u x’tistgħu titgħallmu.

It-tieni, Itlobu biex Tikbru

Missierna tas-Smewwiet irid jgħinkom tikbru! Tant iħobbna li bagħat lil Ibnu, Ġesù Kristu, biex jurina t-triq biex ngħixu.8 Ġesù bata, miet, u ġie qam sabiex inkunu maħfura minn dnubietna u nikbru biex insiru aktar bħalu.

Tridu tikbru fil-paċenzja jew fl-onestà? Tridu tikbru fil-ħila? Forsi intom mistħijin u tridu tikbru fil-kuraġġ. “Itlob, hu qiegħed hemm”!9“ Permezz tal-Ispirtu tiegħu, qalbkom tista’ tinbidel, u intom tista’ tirċievu l-qawwa.

Il-​ħabib il-​ġdid tiegħi Jonah kiteb: ”Spiss inħossni nervuż fi triqti lejn l-​iskola filgħodu. Jien ninkwieta dwar affarijiet bħal meta nkun tard, ninsa xi ħaġa, u nagħmel l-eżamijiet. Meta kelli 10 snin, bdejt ngħid talb waqt is-sewqan tiegħi lejn l-iskola ma’ ommi. Nitlob l-għajnuna li għandi bżonn, u nitlob għall-familja tiegħi wkoll. Naħseb ukoll fl-affarijiet li jien grat għalihom. [It-talb lil Missierna fis-Smewwiet] għenni. Xi drabi ma nħossx is-serħan hekk kif noħroġ mill-karozza, iżda sa meta nkun fil-klassi tiegħi, inħossni paċifiku.”10

Il-fidi ta’ Ġona qed tikber hekk kif jitlob kuljum u mbagħad jimxi ‘l quddiem.

It-tielet, Itolbu biex Turu

Tistgħu titolbu għall-għajnuna biex turu l-imħabba ta’ Missierna fis-Smewwiet lill-oħrajn.11 Permezz tal-Ispirtu tiegħu, Missierna fis-Smewwiet jgħinkom tinnotaw lil xi ħadd imdejjaq sabiex tkun tista’ tfarraġhom. Jista’ jgħinkom turu l-imħabba tiegħu billi jaħfer lil xi ħadd. Jista’ jagħtikom kuraġġ biex taqdu lil xi ħadd u taqsmu magħhom li huma wild ta’ Alla. Tistgħu tgħinu lil oħrajn isiru jafu u jħobbu lil Ġesù u lil Missierna tas-Smewwiet kif tagħmlu intom.12

Għal ħajti kollha tlabt biex missieri jsir membru tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Anke bħala tifla żgħira, kont naf kemm setaʼ jirċievi barkiet. Il- familja tagħna tista’ tirċievi l-barkiet li tiġi ssiġillata għall-eternità. Il-familja tiegħi, il-ħbieb, u jien tlabna spiss għalih, imma hu ma ngħaqadx mal-Knisja. Missier tas-Smewwiet ma jġiegħel lil ħadd jagħmel għażla.13 Jista’ jibgħatilna tweġibiet għat-talb tagħna b’modi oħra.

Immaġni
Il-President Porter mal-ġenituri u ħutha.

Meta kont kbir biżżejjed, irċivejt il-barka patrijarkali tiegħi. Fil-barka, il-patrijarka qalli li l-aqwa ħaġa li stajt nagħmel biex ngħin lill-familja tiegħi tkun flimkien fis-smewwiet kienet li nkun eżempju tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Dak li stajt nagħmel!

Missieri għex sa 86 sena. Ħames ijiem wara li miet, irċevejt sensazzjoni sagra taʼ ferħ. Missieri tas-Smewwiet għarrafni permezz tal-Ispirtu Tiegħu li missieri ried jirċievi l-barkiet tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu! Qatt mhu se ninsa l-ġurnata li nkinkobbejt madwar l-artal fit-tempju ma’ oħti u ħuti biex inkun issiġillat mal-ġenituri tiegħi. Jien kont bdejt nitlob għal din il-barka meta kont il-Primarja, u rċevejtha meta kont nanna.

Forsi qed titolbu għal barkiet għall-familj tagħkom u oħrajn li tħobb. Qatt taqtgħu qalbkom! Missierna fis-Smewwiet se jurikom x’tistgħu tagħmlu.

Aqsmu ma’ Missierna fis-Smewwiet dak li hemm f’qalbkom.14 Hekk kif sinċerament titolbu għall-għajnuna tiegħu, intom tirċievu l-Ispirtu tiegħu biex jiggwidkom.15 It-talb kuljum jimliekom bl-imħabba lejn Missierna fis-Smewwiet u Ġesù Kristu. Dan jgħinkom fil-volonta’ biex issegwu lilhom ħajtek kollha!

Immaġinaw x’jiġri kieku t-​tfal kollha fl-​Afrika, fl-​Amerika t’Isfel, fl-​Asja, fl-​Ewropa, fl-​Amerika taʼ Fuq, u fl-​Awstralja jitolbu kuljum. Id-dinja kollha tkun mbierka b’aktar imħabba t’Alla!

Immaġni
Tfal madwar id-dinja jitolbu.

Nistedinkom titolbu biex tkunu tafu li Missierna fis-Smewwiet qiegħed hemm, itolbu biex tikbru biex issiru bħalu, u itolbu biex turu l-imħabba tiegħu lil ħaddieħor. Naf li Hujgħix u jħobbkom. ”Itlob[u], hu qiegħed hemm.” Fl-isem sagru ta’ Ġesù Kristu, ammen.